Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU LEO BRINCAT F’LAQGĦA MAS-SEGRETARJU EŻEKUTTIV TAL-BARCELONA CONVENTION U KOORDINATRIĊI TAL-PJAN T’AZZJONI TAL-MEDITERRAN TAL-PROGRAMM AMBJENTALI TAL-ĠNUS MAGĦQUDA

pr1219
Date Icon 12/06/2013

Dalgħodu l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat kellu laqgħa fil-Ministeru tiegħu mas-Segretarju Eżekuttiv tal-Barcelona Convention u Koordinatriċi tal-Pjan t’Azzjoni tal-Mediterran tal-Programm Ambjentali tal-Ġnus Magħquda, Maria Luisa Silva Mejias.

Waqt  il-laqgħa kienu diskussi inizjattivi ġodda li jistgħu jittieħdu fi ħdan il-Mediterranean Commission for Sustainable Development, l-MCSD. 

F’dawn l-aħħar jumejn pajjiżna, b’kordinazzjoni mal-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima, kien qiegħed jilqa’ l-ħmistax-il laqgħa tal-Mediterranean Commission for Sustainable Development.

Għal din il-laqgħa, li qed tiġi fi tmiemha illum, attendew rappreżentanti minn numru ta’ pajjiżi li jiffurmaw ir-Reġjun tal-Mediterran, fejn iddiskutew proposti biex l-istess pajjiżi jibbenefikaw bl-aktar mod sħiħ mill-konklużjonijiet li ħargu waqt ir-RIO +20.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

Aktar Stqarrijiet Right arrow