Left arrow Go Back

IL-MINISTRU JOE MIZZI U S-SEGRETARJU PARLAMENTARI IAN BORG IŻURU X-XOGĦOL TA’ RESTAWR F’SANT IERMU

pr1212
Date Icon 10/06/2013

Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura l-Onor. Joe Mizzi u s-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza tal-Unjoni Ewropea 2017 u Fondi Ewropej Dr Ian Borg, dalgħodu żaru x-xogħol ta’ restawr li għaddej fuq Forti Sant Iermu.

Dan huwa proġett li qed jiġi implimentat mill-Grand Harbour Regeneration Corporation u huwa stmat li se jiswa ‘il fuq minn €15-il miljun.

Din l-ispiża hija maqsuma f’xogħlijiet ta’ restawr u infrastruttura ġenerali, fejn in-nefqa hija ta’ madwar €10 miljuni, żvilupp, disinjar u interventi fuq diversi binjiet f’mużewijiet, b’nefqa ta’ madwar €3.3 miljun u xogħlijiet u servizzi anċillari oħrajn, b’nefqa ta’ madwar €2 miljuni. 

Sant Iermu kienet magna tal-gwerra li ġiet adattata tul iż-żminijiet skont l-arti u x-xjenza tal-gwerra ta’ dak iż-żmien. Dawn l-istrutturi kollha, fuq medda ta’ kważi 40,000 metru kwadru se jiġu restawrati. Dawn jinkludu strutturi ta’ żmien il-Kavallieri kif ukoll strutturi aktar riċenti ta’ żmien l-Ingliżi. Fil-fatt, il-binjiet li jeżistu f’din il-forti saru f’diversi fażijiet bejn l-1400 u l-1979.

Il-proġett se jipprovdi għal tliet faċilitajiet orjentati għall-viżitaturi – il-mużew tal-gwerra, li se jirrakkonta l-istorja militari ta’ Malta minn żmien il-preistorja sa llum, parti fuq l-istorja tal-Belt Valletta u parti miftuħa li tkopri mixja mad-dawra tal-fortifikazzjoni.

Il-proġett ġie mfassal mill-GHRC b’konsultazzjoni ma’ Heritage Malta, li se tieħu ħsieb ukoll l-operat tal-forti wara li jitlesta l-proġett. 

Il-proġett qed jiġi ffinanzjat 85% minn fondi tal-European Regional Development Fund, bil-bqija ffinanzjati mill-Gvern Malti. 

Għal din iż-żjara, attenda wkoll iċ-Chairman tal-GHRC, Dr Stefan Zrinzo Azzopardi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

More Press Releases Right arrow