STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-AFFARIJIET BARRANIN
pr1210
10/06/2013
Allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni fil-ħruġ tal-Visas mil-Libja
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin jirreferi għall-allegazzjonijet li saru mill-ġurnal l-Orizzont dwar “allegat ‘racket’ sħiħ fil-Konsolat Malti fil-Libja” konness mal-ħruġ tal-Visas.
B’reazzjoni għal dan, il-Ministeru jixtieq jinforma li f’dawn l-aħħar ġimgħat, fuq allegazzjonijet li kienu qed jaslulu diġà ddeċieda li jinvestiga dawn l-allegazzjonijiet. Tant hu hekk li l-ġimgħa l-oħra, l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ordna li ssir investigazzjoni preliminari interna.
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin jħeġġeġ li min għandu informazzjoni fattwali jgħaddiha immedjatament lill-Pulizija.
Other Press Releases:
PR262029
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...
PR262028