Left arrow Go Back

L-ONOR. EDWARD ŻAMMIT LEWIS JIFTAĦ DENTAL SPA ĠEWWA TA’ XBIEX

pr1206
Date Icon 10/06/2013

INIZJATTIVA MMIRATA BIEX TRESSAQ TURIŻMU MEDIKU LEJN PAJJIŻNA

Dalgħodu ġewwa Ta’ Xbiex L-Onor Edward Żammit Lewis, Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku fetaħ Dental Spa inizjattiva tal-Familja Demajo.  Din hija r-raba ġenerazzjoni tal-familja Demajo li kompliet bill-professjoni tad-dentistrija; prattika li twaqqfet iktar minn 95 sena ilu, id-dentistrija kienet mwaqqfa mid-dentist Pasquale Demajo fl-1919. Illum il-klinika qed toffri aktar għall-klijentela tagħha, kemm lokali u dawk internazzjonali, u d-Dental Spa li infethet illum hija propju xhieda ta dan. 

Din l-inzjattiva kienet mgħejuna permezz ta’ finanzjament ERDF fejn kopriet parti mill-ispejjeż għat-tagħmir dentali u tagħmir radjoloġiku.  Intużat ukoll l-iskema tal-Microinvest għall-finanzjament tar-ridekorazzjoni tal-Spa, ir-riżultat huwa ċentru avvanzat ħafna għat-twassil tal-massimu fid-dentistrija kosmetika.

Is-Segretarju Parlamentari Żammit Lewis spjega kif din id-dentistrija se tkun qed taħdem fuq il-kunċett ta’ Turizmu Mediku, kunċett fejn nies barranin jiġu Malta għall-kura u għat-trattamenti u l-prevenzjoni tal-mard kif ukoll dentistrija kosmetika.  Id-dental spa se tkun qeda tressaq ammont konsiderovoli ta’ turisti lejn pajjiżna, turisti li l-għan tagħhom huwa li jgawdu mis-servizzi mediċi privati ta pajjiżna.  Il-klinika hija inovattiva anke fil-livell tal-użu tal-ICT, permezz tal CAD-CAM (Computer Aided Design – Computer Aided Manufacture) il-professjonisti flimkien mat-tekniċi jistgħu l-ewwel jiddisinjaw is-snien u wara permezz ta’ apparat fl-istess laboratorju jibnu snien artiffiċjali bbazzati fuq dak id-disinn.  Is-snien jigu maħduma fil-klinika stess, billi jinqatghu min blokki zgħar tal-porċellana, proċess li jieħu inqas min għoxrin minuta. Punt li irridu nsemmu huwa li permezz ta din it-teknoloġija avvanzata l-klient jista’ jinqeda f’darba, u għalhekk qed ikollhom rispons tajjeb mil-barranin, għaliex f’appuntament wieħed jistgħu jinqdew min diversi tentattivi fuq is-snien.

“Dan huwa eżempju ċar fejn l-innovazzjoni lokali qeda twassal għat-Tkabbir Ekonomiku u tisħieħ tal-Kompettivita` ta pajjiżna” saħaq l-Onor Edward Żammit Lewis.

Il-klinika qeda toffri servizzi li tipproduċi surgical assisted guides li qabel kellhom jigu maħduma barra min Malta, b’hekk din l-inizjattiva se twasssal biex nnaqqsu l-bzonn li nimpurtaw u nżidu l-kwalità ta’ għajxien lil-Maltin ,peress li jistgħu jinqdew iktar malajr u b’mod iktar effiċjenti.

L-Onor. Żammit Lewis ikkonkluda billi saħaq li l-Gvern il-ġdid se jagħti importanza lit-Turiżmu Mediku biex nressqu lil dawn in-niċeċ ta’ turisti li jkunu jisgħu jgawdu l-ospitalità ta’ pajjiżna waqt li jiġu rikoverati jew jagħmlu tentattivi preventivi jew kosmetiċi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

More Press Releases Right arrow