L-ISPEAKER TAL-KAMRA TAR-RAPPREŻENTANTI L-ONOREVOLI ANĠLU FARRUĠIA SER JATTENDI GĦALL-KOLLOKJU INTERNAZZJONALI LI QIEGĦED JIĠI ORGANIZZAT MILL-ASSEMBLEA NAZZJONALI POPOLARI TAL-ALĠERIJA
PR1198
08/06/2013
L-iSpeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, Parlament ta’ Malta, l-Onor. Anġlu Farruġia ser ikun qed imexxi delegazzjoni fl-Alġerija, fejn ser jattendi għall-kollokju internazzjonali dwar “Riformi Politiċi fl-Alġerija”. Dan il-kollokju qiegħed jiġi organizzat mill-Assemblea Nazzjonali Popolari tal-Alġerija u ser jinżamm bejn il-10 u 11 ta’ Gunju 2013.
L-iSpeaker ser ikun akkumpanjat minn Membru Parlamentari min kull naħa tal-Kamra. Dawn huma l-Onor. Etienne Grech u l-Onor. Tony Bezzina.
Stqarrijiet Oħra:
PR262029
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...
PR262028