Left arrow Mur Lura

INIZJATTIVA IKIDS

PR1196
Date Icon 07/06/2013

F’Konferenza tal-aħbarijiet li ttellgħet ġewwa l-Kunsill Lokali tal-Isla, is-Segretarju Parlamentari responsabli mill-Kultura u Kunsilli Lokali l-Onor. Josè Herrera vara l-inizjattiva IKIDS ġewwa l-Kottonera. Din l-inizjattiva qegħda tittella’ mis-settur privat flimkien  ma’  xi Kunsilli Lokali u tikkonsisti f’korsijiet b’xejn dwar l-ICT immirata lejn tfal ta’ l-iskola primarja. Preżenti għall-Konferenza kien hemm is-Segretarju Parlamentari responsabbli mir-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport l-Onor. Stefan Bountempo, kif ukoll is-Sindki tal-Isla, Bormla, Birgu, Kalkara u x- Xgħajra.

 L-Onor Herrera saħaq fuq l-importanza li Kunsilli Lokali  jipparteċipaw f’ inizjattivi edukattivi bħal dawn għall-ġid tas-soċjetà. Huwa impenn tal-gvern li s-soċjetà Maltija tkun infurmata u mgħallma fuq l-użu tal-kompjuter u mezzi moderni ta’ kuntatt u kommunikazzjoni, għaliex huwa pass importanti fid-demokratizzazjoni ta’ pajjiżna. “Jien, qed naħdem bi sħiħ biex nintegraw l-użu tal-informatika fil-governanza u qed inniehdu diversi inizzjattivi biex ic-ċittadin ikun eqreb lejn il-Kunsilli u l-Gvern. Din hija l-politika li rridu nwettqu biex ikollna governanza aktar kontabbli, trasparenti, anqas burokratika u li tappella għad-dinja moderna u diġitali. Huwa importanti li inizjattivi bħal dawn jiġu repetuti f’lokalitajiet oħra.”

Matul dawn l-aħħar ftit gimgħat ġew varati numru ta’ inizzjattivi fejn ċ-ċittadini jista’ jkollhom aċċess b’modi l-aktar trasparenti fit-tmexxija permezz ta’ użu minn faċilitajiet diġitali. Dan jinkludi fost l-oħrajn is-servizz ta’ live streaming minn kull Kunsill Lokali.

Minn naħa tiegħu, Dr. Stefan Buontempo feraħ li l-Kunsilli  Lokali tal-Kottonera u l-Kalkara u x-Xgħajra li qed juruna kif jafu jmexxu b’risq ir-residenti tagħhom u kif ukoll kapaċi jaħdmu flimkien biex permezz ta’ din l-għaqda u ħidma kollettiva jiksbu riżulati aqwa.

Is-Segretarju Parlamentari Buontempo qal ‘Huwa l-programm tal-Gvern tiegħi li nsaħħu bil-kbir l-għarfien diġitali sa minn età żgħira. Korsijiet bħal dawn tas-sajf jgħinu sabiex jagħtu spinta lill-dawk it-tfal li jsegwuhom, billi jsaħħulhom il-ħiliet tagħhom permezz ta’ prattika bil-pass ta’ kull wieħed u waħda minnhom fuq mezzi ġodda ta’ tgħallim bħal ma hu t-tablet’.

Il-ħiliet miksuba fuq il-kompjuter għandhom ikunu ta’ għajnuna kbira fil-kisba tal-ħiliet fil-qari u l-kitba u jesponu t-tfal sa minn eta’ bikrija għal qari sew permezz tal-mezzi diġitali li għandu jħajjarhom jersqu lejn il-ktieb tradizzjonali, kompla jgħid is-Segretarju Parlamentari Buontempo.

“Nemmen li dan il-proċess  permezz ta’ sħubija mal-privat kapaċi joffru servizzi edukattivi ta’ kwalità liċ-ċittadini żgħar tagħhom Qed juruna kif għamlu tagħhom il-prijorità Nazzjonali li tippromwovi l-edukazzjoni diġitali u l-użu tal-kompjuter bħala għodda tat-tagħlim  fost it-tfal u ż-żagħżagħ tagħna u qed juruna li qed imexxu din il-politika tant b’impenn fil-livell lokali” temm jghid Stefan Buontempo.

Din l-inizjattiva hija mtella’ mit-TCTC b’għajnuna mill-Intercomp u b’kollaborazzjoni tal-Kunsilli Lokali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

Aktar Stqarrijiet Right arrow