Left arrow Mur Lura

SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KULTURA U GVERN LOKALI JINAWGURA IL- PROĠETT OUR LOCALITY - A MURAL, FL-ISKOLA SAN ANTON

PR1195
Date Icon 07/06/2013

Is-Segretarju Parlamentari responsabli mill-Kultura u Kunsilli Lokali, l-Onor. Josè Herrera inawgura proġett imtella’ minn studenti tal-iskola San Anton ġewwa l-Imselliet flimkien ma’ studenti mill-iskola primarja tal-Imġarr. Dan il- proġett, Our Locality - A Mural, ibbenefika minn finanzjament mill-Gvern (Proġett Kreattiv) u sar b’kollaborazzjoni sħiħa mal-artist James Micallef Grimaud u l-graphic designer u produttur tal-film Julian Delia. Il-Proġett Kreattiv jaqa’ taħt l-awspiċi tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti.

Studenti mis-sitt sena ta’ dawn l-iskejjel ħadmu matul il-ħin liberu tagħhom u wara l-ħin ta’ l-iskola. Huma ġew mgħallma d-differenza bejn vandaliżmu u l-arti tat-triq u b’hekk setgħu japprezzaw il-lokalità u l-madwar tal-iskola li ġejjin minnha. Bħala parti mix-xogħol li kellhom jagħmlu, l-istudenti marru ġewwa l-kampanja tal-madwar sabiex ipenġu u jieħdu ritratti li kienu ser jgħinu f’dan il-proġett. Għalhhek huma żaru postijiet bħal Wied tal-Imselliet, l-Imġarr, it-Tempji ta’ Ħaġrat, Għajn Tuffieħa, Binġemma u l-Victoria lines. Hemmhekk huma osservaw l-arkitettura, il-pjanti u l-annimali li wieħed jista’ jsib f’dawn il-lokalitajiet. Wara, l-istudenti miż-żewġ skejjel iltaqgħu sabiex iqabblu informazzjoni fuq is-suġġett sabiex jiddisinjaw ktejjeb informattiv bl-istampi u t-tpinġija li huma għamlu. Huma iddiskutew ukoll xi tpenġija xtaqu li jkollhom fuq il-ħajt tal-iskola u liema hija n-natura endemika li tinsab f’din il-lokalita’. Huma ipparteċipaw b’mod attiv meta bdiet tinżebagħ il-pittura fuq il-ħajt billi sprejjaw il-fjuri bil-għajnuna ta’ forom. Permezz t’hekk huma setgħu jifmu aktar it-teknika ta’ din it-tip ta’ arti.

Fl-intervett li għamel, l-Onor. Josè Herrera faħħar dan it-tip ta’ inizjattivi għaliex b’hekk l-istudenti qegħdin jinvolvu ruħhom b’mod prattiku fil-kultura u qegħdin jitgħallmu fl-istess ħin japprezzaw il-wirt ta’ madwarna. Huwa saħaq li dawn it-tip ta’ inizjattivi huma importanti u li jolqtu tliet punti prinċipali mill-pjan ta-Gvern peress li huma inizzjattivi edukattivi u promozzjonali li jxettlu l-għarfien u l-patrimonju ta’ pajjiżna, qegħdin jiġu involuti involuti inizzjattivi favur il-promozzjoni tal-arti u li fl-aħħarnett qed isiru sinerġiji bejn il-kommunità kreattiva u n-nies tal-lokalità sabiex jiġu msebbħa spazji pubbliċi urbani.

Fl-aħħar tal-attività, l-Onor. Herrera ippreżenta ċertifikat lill-istudenti u kopja tad-DVD li fiha hemm il-proċess tal-ħidma sħiħa li għamlu dawn l-istudenti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

Aktar Stqarrijiet Right arrow