Left arrow Go Back

L-AMBAXXATRIĊI TAT-TUNEŻIJA TAGĦMEL ŻJARA TA’ KORTESIJA LILL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU

PR1191
Date Icon 06/06/2013

F’laqgħa ta’ kortesija li l-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella kellu mingħand l-Ambaxxatriċi tat-Tuneżija l-E.T. Souad Gueblaoui, kienu diskussa l-oqsma tat-turiżmu u l-kultura, u l-mod kif iż-żewġ pajjiżi jistgħu jkomplu jtejbu r-relazzjonijiet bilaterali ta’ bejniethom.

Iż-żewġ naħat irrikonoxxew il-bżonn ta’ tisħiħ fit-trasport bl-ajru bejn iż-żewġ pajjiżi, bl-Ambaxxatriċi tat-Tuneżija tesprimi x-xewqa li jerġa’ jkun hemm titjiriet regolari lejn it-Tuneżija mil-linja nazzjonali Air Malta.

Dwar dan, il-Ministru għat-Turiżmu semma’ kif bħalissa l-Air Malta għaddejja mill-proċess ta’ ristrutturar kif maqbul mal-Unjoni Ewropea li fost l-oħrajn ma jippermettix żieda ta’ rotot ġodda sakemm il-kumpanija terġa’ tqum fuq saqajha.

Dwar il-qasam turistiku ssemma’ l-fatt kif it-Tuneżija rnexxiela tippenetra sew fil-qasam tat-turiżmu mediku, liema numri huma riflessi f’żieda sostanzjali ta’ madwar erba’ miljun turist lejn it-Tuneżija fuq is-sena ta’ qabel. B’rabta ma’ dan, l-Ambaxxatriċi Gueblaoui semmiet kif it-Tuneżija rnexxielha tattira wkoll żieda ta’ turisti fis-settur tal-family tourism, meqjus bħala wieħed relattivament ġdid għall-pajjiż.

Kien diskuss ukoll l-andament ta’ bosta kumpaniji Maltin li għamlu suċċess fit-Tuneżija u li llum stabbilixxew rwieħhom anke fis-settur turistiku.

Iż-żewġ naħat iddiskutew il-possibilità li jkun iffirmat ftehim reċiproku dwar il-kultura anke fid-dawl tal-fatt li hemm numru ta’ komunitajiet ta’ Maltin li jgħixu fit-Tuneżija, fl-istess ħin li jsiru skambji ta’ taħriġ li jkun jista’ jingħata fis-settur tal-ospitalità.

Għal-laqgħa attendew ukoll is-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u Gvern Lokali l-Onor. Josè Herrera, flimkien maċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Dr Gavin Gulia.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

More Press Releases Right arrow