Left arrow Mur Lura

DELEGAZZJONI MIR-REĠJUN TA’ AQUITAINE F’LAQGĦA MAL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU

pr1186
Date Icon 06/06/2013

Delegazzjoni mir-Reġjun ta’ Aquitaine dalgħodu kellha laqgħa mal-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella bil-għan li fost l-oħrajn ikunu esplorati possibilitajiet ta’ skambji ta’ studenti bejn ir-Reġjun ta’ Aquitaine u Malta għal programmi edukattivi fil-qasam turistiku.

Il-Ministru għat-Turiżmu Karmenu Vella tkellem fuq l-importanza kbira li għandu s-settur turistiku għal Malta filwaqt li semma’ kif l-aqwa riżors li għandu pajjiżna huwa dak uman.

Karmenu Vella fisser kif  illum ma nistgħux nibqgħu nitkellmu fuq kompetizzjoni iżda fuq kollaborazzjoni fil-qasam turistiku, b’mod partikolari fejn jidħol it-taħriġ ta’ dawk kollha involuti fis-settur.

Tkellem ukoll fuq il-mod ta’ kif jopera l-Istitut għall-Istudji Turistiċi, fejn anke saħaq fuq l-importanza tat-taħriġ prattiku tal-istudenti fis-settur turistiku u li dan għandu jikkumplimenta dak akkademiku.

Iż-żewġ naħat iddiskutew ukoll il-possibilità ta’ bidu ta’ proġetti biex jinċentivaw turiżmu minn u lejn Malta fost l-oħrajn permezz ta’ inizjattivi li jippromwovu lil Malta mal-operaturi turistiċi u l-aġenti tal-ivvjaġġar fir-Reġjun.

Preżenti għal-laqgħa kien hemm ukoll iċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Dr. Gavin Gulia, il-Kap Eżekuttiv Josef Formosa Gauci u s-Segretarju Permanenti s-Sur John Borg.

Id-delegazzjoni ta’ 12-il membru mir-Reġjun ta’ Aquitaine ħalliet Malta aktar tard illum wara żjara ta’ tliet ijiem f’pajjiżna fejn fost l-oħrajn iltaqgħet ma’ bosta organizzazzjonijiet u għaqdiet involuti kemm fis-settur turistiku kif ukoll f’oqsma oħra li jinkludu t-taħriġ, l-impjiegi u l-edukazzjoni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

Aktar Stqarrijiet Right arrow