Left arrow Mur Lura

IL-VIĊI PRIM MINISTRU TAL-MONTENEGRO, L-EĊĊELENZA TIEGĦU IGOR LUKSIC, JAGĦMEL ŻJARA TA’ KORTESIJA LILL-ISPEAKER TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI, L-ONOREVOLI ANĠLU FARRUGIA

pr1180
Date Icon 06/06/2013

Ilbieraħ filgħaxija, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Onorevoli Anġlu Farrugia, iltaqa’ mal-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Montenegro, l-Eċċelenza Tiegħu Igor Luksic, waqt zjara li dan qed jagħmel f'Malta.

Waqt il-laqgħa, l-Ispeaker semma' l-importanza tal-ħolqien ta' Parliamentary Friendship Group bejn iż-żewġ parlamenti, sabiex jitkattru l-kuntatti fuq livell parlamentari li permezz tagħhom il-parlamenti jaqsmu ma' xulxin l-esperjenzi li għandhom fir-reġjuni rispettivi tagħhom.

Il-Viċi Prim Ministru tal-Montenegro Igor Luksic, filwaqt li awgura lill-Ispeaker Anġlu Farrugia għall-ħatra ricenti tiegħu, sostna li huwa jaqbel dwar li hemm in-neċessità li jinħoloq dan il-Parliamentary Friendship Group għaliex permezz tiegħu r-relazzjonijiet tajba li jgawdu ż-żewġ pajjiżi bejniethom żgur li jissaħħu u jkunu jistgħu jinfirxu f'oqsma li fihom kemm Malta kif ukoll il-Montenegro jistgħu jitgħallmu minn xulxin.

Il-Viċi Prim Ministru tal-Montenegro kien akkumpanjat mill-Ambaxxatur tal-Montenegro għall-Malta, l-Eċċelenza Tiegħu Vojin Vlahovic u minn uffiċjali oħrajn mill-Ministeru tiegħu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

Aktar Stqarrijiet Right arrow