TURIŻMU FIX-XHUR TAX-XITWA, MISTENNIJA ŻIEDA TA’ 5% FIS-SEAT CAPACITY
pr1176
05/06/2013
Bejn Novembru li ġej u Marzu 2014, mistennija tkun reġistrata żieda ta’ madwar ħamsa fil-mija fis-seat capacity. Dan se jkun ifisser potenzjal ta’ aktar turiżmu lejn Malta fix-xhur tax-xitwa, żmien meqjus bħala aktar diffiċli għas-settur.
Din iż-żieda mhix se tkun limitata biss għal-linja Nazzjonali tal-ajru Air Malta iżda se tkun mifruxa fuq bosta linji tal-ajru inklużi dawk low cost li joperaw titjiriet minn u lejn pajjiżna.
Permezz tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, se tkun għaddejja ħidma ta’ marketing u promozzjoni biex dawn is-seats ikunu mibjugħa.
Fil-ġimgħat li ġejjin mistennija jitħabbru l-linji tal-ajru u d-destinazzjonijiet li minnhom se tkun qed tiżdied l-allokazzjoni tas-seats.
Other Press Releases:
PR262029
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...
PR262028