L-ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS: “IL-GVERN SE JAGĦTI SOSTENN LIL KUMPANIJI PRIVATI BIEX IRESSQU PROĠETTI ĠODDA LEJN MALTA”, WAQT LI JŻUR IL-KUMPANIJA STUDIO SEVEN ĠEWWA BIRKIRKARA
L-Onorevoli Dr. Edward Zammit Lewis dalgħodu żar lill-kumpanija Studio Seven ġewwa Birkirkara, kumpanija li għal dawn l-aħħar 35 sena mxiet b’viżjoni biex illum wara dawn is-snin kollha baqgħet kompettitiva.
Kollox beda grazzi għall-inizjattivi, l-enerġija u l-viżjoni tas-Sur Jo Debono. Illum din il-kumpanija tħaddem madwar 75 ħaddiem full-timer u 30 oħra fuq bażi part-time. Studio Seven tispeċjalizza fuq loġistika ta’ konferenzi, stallazzjoni ta’ apparat teknoloġiku, xandir fis-settur tal-gaming, produzzjoni ta’ programmi fuq l-istazzjonijiet televiżivi kollha, grafika, marketing, u produzzjoni awdjo-viżiva ta’ dak kollu li jkollhom bżonn il-kumpaniji privati fir-reklamar tagħhom. F’dawn l-aħħar snin Studio Seven bdiet toffri s-servizzi tagħha lill-industrija tal-gaming, fejn fost dawn is-servizzi hija toffri trasmissjonijiet diretti ta’ tlugħ ta’ lotteriji, kemm dawk ta’ kumpaniji f’Malta kif ukoll kumpaniji tal-gaming barranin.
Il-Gvern dejjem kien kommess li jgħin kemm jista’ kumpaniji bħal dawn. Il-kumpanija dan l-aħħar qed tinvesti madwar nofs miljun ewro f'tagħmir speċjalizzat high definition. Qed tinvesti biex tattira aktar xogħol lejn il-kumpanija u lejn Malta speċjalment fejn jidħlu konferenzi barranin f'Malta u investituri tal-gaming.
Is-Segretarju Parlamentari spejga li dan il-Gvern huwa kommess li jpoġġi isem Malta fuq quddiem nett tal-pajjiżi li joffru vantaġġi sostanzjali għall-investituri barranin mingħajr burokrazija żejda. Fil-budget t’April li għadda, l-Gvern diġà imbarka fuq proċess ta’ analiżi tal-liġijiet Maltin biex jassigura li Malta tkun aktar attraenti għall-investiment barrani u jassigura li jiżdiedu l-impjiegi f’pajjiżna. Sabiex l-ekonomija tagħna tkompli tissaħħaħ hemm bżonn li aktar kumpaniji jkollhom il-possibbiltà li jimiriħu f’oqsma ġodda biex is-servizzi tagħhom ikunu dawk rikjesti mill-klijenti bl-aħħar teknoloġija u metodi.
Il-Gvern se jkun ta’ sostenn għall-kumpaniji li joffru servizzi fl-ekonomija diġitali fosthom is-settur tal-gaming. L-Onor Zammit Lewis wiegħed l-appoġġ tiegħu biex jgħin kumpaniji bħal Studio Seven biex jattiraw iktar proġetti minn barra minn Malta, kemm dawk li jorbtu mal-kommunikazzjoni, logistika, ekonomija diġitali u l-industrija tal-gaming. Dan bil-għan li jkompli jitkattar il-ġid u jkomplu jinħolqu iktar impjiegi ta’ kwalità.
Stqarrijiet Oħra:
PR262029
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...
PR262028