Left arrow Go Back

L-AMBAXXATUR UXXENTI TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA JAGĦMEL ŻJARA TA’ KORTESIJA LILL-ISPEAKER TAL-KAMRA TAR-RAPPREŻENTANTI, L-ONOREVOLI ANĠLU FARRUĠIA

pr1173
Date Icon 05/06/2013

L-iSpeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti l-Onorevoli Anġlu Farrugia, llum laqa’ lill-Ambaxxatur uxxenti tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, L-Eċċelenza Tiegħu Dr Hubert Ziegler.

Waqt din il-laqgħa, l-iSpeaker saħaq illi Malta u l-Ġermanja għandhom relazzjoni partikolarment tajba bejn iż-żewġt parlamenti, u tenna li huwa mportanti li din ir-relazzjoni tkompli tissaħħah maż-żmien li ġej.

L-iSpeaker qal wkoll li l-kuntatti bejn iż-żewgt pajjizi dejjem kienu konsistenti u ta’ fejda u dawn komplew jissaħħu tul is-snin, kemm fuq bazi politika kif ukoll fuq dik ekonomika.

L-iSpeaker irringrazzja lill-Ambaxxatur tal-ħidma tiegħu tul dawn is-sentejn li għamel f’pajjiżna filwaqt u awguralu talli se jirtira mill-karriera diplomatika minn pajjiż ħabib tal-Ġermanja.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

More Press Releases Right arrow