L-ISPEAKER TAL-KAMRA TAR-RAPPREŻENTANTI, PARLAMENT TA’ MALTA, L-ONOR. ANĠLU FARRUGIA, JILQA’ DELEGAZZJONI MMEXXIJA MILL-MINISTRU GĦAL GĦAWDEX, L-ONOR ANTON REFALO U MINN MONS. JOE VELLA GAUCI, PRESIDENT KUMITAT ĊELEBRAZZJONIJIET NAZZJONALI U REĠJONALI
pr1166
04/06/2013
L-iSpeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti l-Onor. Anġlu Farrugia, laqa’ delegazzjoni mmexxija mill-Ministru għal Għawdex l-Onor. Anton Refalo u minn Mons. Joe Vella Gauci, President Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali fejn tul il-laqgħa, gie ppreżentat b’pubblikazzjoni ta’ ktieb li huwa pubblikazzjoni tal-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali - Ministeru għal Għawdex. Dan il-ktieb jittratta l-ġrajja ewlenija ta’ Sebgħa ta’ Ġunju 1919.
L-iSpeaker l-Onor. Anġlu Farrugia, faħħar din l-inizjattiva l-għaliex huwa mportanti li t-tfal ta’ pajjiżna jibdew sa minn eta’żgħira jagħrfu t-tbatijiet ta’ missirijietna u li din it-tbatija ssarfet f’ġid fl-interess ta’ pajjiżna.
Stqarrijiet Oħra:
PR262029
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...
PR262028