Left arrow Mur Lura

GVERN LI JISMA – LAQGĦAT TA’ KONSULTAZZJONI PUBBLIKA MAL-KABINETT

pr1156
Date Icon 02/06/2013

Minn għada t-Tnejn, fil-Berġa ta’ Kastilja, tibda l-inizjattiva ta’ konsultazzjoni pubblika bit-tema Gvern Li Jisma.

Din l-inizjattiva, li kienet imwegħda qabel l-elezzjoni ġenerali, qed issir f’inqas minn 100 jum minn meta nħatar il-Gvern il-Ġdid. L-għan huwa li l-membri kollha tal-Kabinett jisimgħu lin-nies sa mill-bidu nett tal-leġislatura u mhux lejliet l-elezzjoni ġenerali sabiex il-Gvern jasal għad-deċiżjonijiet tiegħu wara li jkun sema’ bir-reqqa dak li għandhom xi jgħidu l-Maltin u l-Għawdxin.

Bejn it-3 u l-25 ta’ Ġunju, kull Ministru u kull Segretarju Parlamentari se jpoġġi lilu nnifsu għad-dispożizzjoni ta’ dawk kollha li jixtiequ jaqsmu magħhom il-ħsibijiet, l-ideat u l-proposti tagħhom. Dan il-kunċett ta’ open government mhux biss isaħħaħ it-trasparenza u l-kontabbilita` iżda jixpruna aktar is-sehem wiesgħa u effettiv taċ-ċittadin bħal ma sar, u qed isir, diġa fir-riforma tal-MEPA, fir-riforma tat-trasport pubbliku, fir-riforma tal-ġustizzja, u oħrajn.

Fit-tlett ġimgħat li ġejjin, il-bibien ta’ Kastilja se jinfetħu beraħ għall-opinjonijiet u l-parteċipazzjoni tal-poplu kollu. Il-Gvern jemmen li kulħadd għandu jħossu parti u jikkontribwixxi fis-suċċess ta’ pajjiżna. Fil-każ ta’ Għawdex, il-laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika se ssir fil-gzira Għawdxija stess biex il-Gvern jisma direttament lill-Għawdxin infushom.

Il-laqgħat se jkunu qed jitmexxew mill-ġurnalista tal-PBS Ruth Castillo u mill-ko-ordinatur ta’ Radju Malta Joe Dimech.

Din hija l-iskeda tal-laqgħat pubbliċi li se jsiru mal-kabinett: 

3 ta’ Ġunju

George Vella

4 ta’ Ġunju

Karmenu Vella & Jose Herrera

5 ta’ Ġunju

Helena Dalli

10 ta’ Ġunju

Leo Brincat & Roderick Galdes

11 ta’ Ġunju

Godfrey Farrugia

12 ta’ Ġunju

Evarist Bartolo & Stefan Buontempo

13 ta’ Ġunju

Anton Refalo

14 ta’ Ġunju

Chris Cardona & Edward Zammit Lewis

17 ta’ Ġunju

Edward Scicluna & Konrad Mizzi

19 ta’ Ġunju

Marie Louise Colerio & Franco Mercieca

20 ta’ Ġunju

Emmanuel Mallia & Owen Bonnici

21 ta’ Ġunju

Joe Mizzi

22 ta’ Ġunju

Louis Grech & Ian Borg

24 ta’ Ġunju

Michael Farrugia

25 ta’ Ġunju

Prim Ministru

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

Aktar Stqarrijiet Right arrow