Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT U S-SINJURA ABELA FI ŻJARA IR-RABAT GĦAWDEX

pr1154
Date Icon 02/06/2013

Il-President u s-Sinjura Abela żaru il-lokalita’ tar-Rabat Għawdex bħala parti minn programm ta’ żjarat fl-irħula u bliet Maltin u Għawdxin.

Mal-wasla tagħhom fir-Rabat Għawdex, il-President u s-Sinjura Abela ġew milqugħha mis-Sindku Dott. Samuel Azzopardi u żaru il-gruppi tan-nursery tal-futbol fl-oratorju ta’ Don Bosco.

Wara attendew għall-quddiesa tal-Ħadd fil-kappella ta’ San Ġakbu fi pjazza Indipendenza fejn wara kellhom l-opportunita’ jiltaqgħu mal-Għawdxin fil-pjazza tat-Tokk. F’kelmtejn  tal-okkazzjoni, il-President George Abela rringrazzja lis-Sindku u l-kunsilliera tal-merħba sabiħa li ngħataw u kemm kien ta’ pjaċir għalih u għal martu li bħala parti mill-programm skedat ta’ żjarat fl-irħula u l-ibliet, żaru wkoll ir-Rabat, Għawdex.

Wara l-President Abela kixef plakka ta’ tifkira ta’ żjara tiegħu gewwa l-Banka Giuratale  fejn propju fis-sular ta’ fuq jinstab il-Kunsill Lokali.

Is-Sinjura Margaret Abela fi programm separat żaret Trionfi House, dar għall-kura tal-anzjani immexxija mis-sorijiet Karmelitani.

Iż-żjara ġiet fi tmiemha b’laqgħa mal-Presidenti taż-żewġ Soċjetajiet tal-Baned : il-filarmonika ta’ La Stella u dik Leone.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

More Press Releases Right arrow