Left arrow Mur Lura

“L-EARTH GARDEN FESTIVAL GĦANDU JKUN FESTIVAL FAVUR KWALITÀ TA’ ĦAJJA AĦJAR” – L-ONOR. LEO BRINCAT, MINISTRU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, AMBJENT U TIBDIL FIL-KLIMA

pr1147
Date Icon 31/05/2013

Illum il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima Leo Bincat żar l-aħħar preparamenti għall-Earth Garden Festival 2013 fil-Parks ta’ Ta’ Qali, ftit sigħat qabel il-ftuħ uffiċjali ta’ dan il-festival li jibda llum 31 ta’ Mejju u jibqa’ sejjer sal-Ħadd 2 ta’ Ġunju.

Il-Ministru Leo Brincat ġie milqugħ mill-organizzaturi tal-Earth Garden Festival u flimkien magħhom żar partijiet differenti fil-Park, li tul dawn it-tlett ijiem se jkunu qed jilqgħu fihom attivitajiet relatati ma’ arti, mużika u kultura.

Huwa ltaqgħa mal-lead singer tal-band Maltija Tribali u flimkien żaru l-camping site, parti wkoll mill-Earth Garden Festival.

Il-Ministru Brincat qal li l-Earth Garden Festival mistenni jmur oltre milli jipprovdi sempliċiment divertiment għall-familja kollha. Qal li dan għandu jkun u ser ikun festival favur kwalità ta’ ħajja aħjar, bl-ambjent jitpoġġa fiċ-ċentru ta’ iniżjattivi li ser ikunu qegħdin jittellgħu waqt dan il-festival.

Tenna li festivals ta’ din ix-xorta għandhom jgħinu b’mod aktar effettiv biex jitwassal messaġġ pożittiv li huwa ta’ ġid għan-nies tal-etajiet kollha.

Il-Ministru Leo Brincat filwaqt li wera d-dispjaċir tiegħu li dan il-festival ma setgħax isir is-sena li għaddiet, minħabba nuqqas ta’ appoġġ mill-Awtoritajiet konċernati, qal li l-appoġġ li qed jingħata din id-darba mill-Gvern huwa sinjal ta’ apprezzament għall-potenzjal u l-ħiliet tal-organizzaturi, kif ukoll għall-inizjattivi u t-temi varji li raw dan il-festival li jssa sab postu fil-kalendarju Malti.

Huwa f’dan l-ispirtu qal il-Ministru Leo Brincat li l-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima għażel it-tema Every Breath We Take għall-Earth Garden Festival 2013, l-istess tema magħżula mill-Aġenzija Ewropea tal-Ambjent meta ħarġet bi studju interessanti ħafna dwar kif tista’ tittejjeb il-kwalità tal-arja fl-Ewropa, inkluż f’pajjiżna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

Aktar Stqarrijiet Right arrow