Left arrow Mur Lura

DELEGAZZJONI MILL-KAMRA TAL-KUMMERĊ TA’ MALLORCA FI ŻJARA TA’ KORTESIJA LILL-MINISTRU HELENA DALLI

pr1132
Date Icon 30/05/2013

Il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, Dr Helena Dalli, kellha taħdidiet ma’ delegazzjoni mill-Kamra tal-Kummerċ ta’ Mallorca, li kienet immexxija mill-President tiegħu, Juan de Gual Torrella.  Għal-laqgħa attenda wkoll id-Direttur Ġenerali tar-Relazzjonijiet Istituzzjonali u l-Azzjoni Barranija tal-Gvern tal-Gżejjer Baleariċi.

Iż-żewġ naħat iddiskutew kwistjonijiet ta’ natura ekonomika u soċjali, jiġifieri aktar kollaborazzjoni fuq it-turiżmu u l-investiment bejn iż-żewġ pajjiżi.  Iż-żewġ naħat jaqblu li aktar kollaborazzjoni f'dawn l-oqsma jkollha benefiċċji ekonomiċi għaż-żewġ pajjiżi.  Fost kwistjonijiet oħra, huma ddiskutew kif iż-żewġ pajjiżi jistgħu jaqsmu l-aħjar prattiċi.

Id-delegazzjoni kienet ukoll interessata fl-iżviluppi riċenti lokali dwar il-libertajiet ċivili.  Il-Ministru Dalli qalet li l-Gvern Malti hu impenjat li jissalvagwardja d-drittijiet indaqs u jiġġieled id-diskriminazzjoni.  Hija tat ħarsa ġenerali tal-azzjonijiet li qed jittieħdu mill-gvern f'dan il-qasam.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

Aktar Stqarrijiet Right arrow