LAQGĦA FL-IRLANDA MAL-MINISTRI TAL-UNJONI EWROPEA RESPONSABBLI MILL-AGRIKULTURA
Is-Segretarju Parlamentari għall-Agrikultura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, l-Onor. Roderick Galdes, attenda laqgħa informali fuq medda ta’ jumejn tal-Ministri tal-Agrikoltura f’Dublin, l-Irlanda. Din il-laqgħa saret biex tagħti ċans lill-Ministri responsabbli mill-Agrikultura tal-pajjiżi kollha tal-UE li jiltaqgħu f’mod informali sabiex jiddiskutu bejniethom kif ukoll ma’ rappreżentanti tal-kumitat tal-Agrikoltura tal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni, dwar il-kompromessi meħtieġa bejn l-istituzzjonijiet sabiex tinqabel ir-riforma tal-PAK.
Fil-laqgħat intensivi li seħħew, is-Segretarju Parlamentari saħaq l-importanza li f’dawn in-negozjati jiġu rispettati il-punti fundamentali ta’ kull pajjiż f’din ir-Riforma u li diġà ġew maqbula fil-pożizzjoni tal-Kunsill li tfasslet f’Marzu li għadda. Enfasizza li m’għandux ikun hemm bidla fil-qbil dwar il-finanzi li jmissu lil kull pajjiz taħt il-PAK. Hu saħaq ukoll biex tingħata l-importanza dovuta lill-għajnuniet akkopjati, li jintemmu l-kwoti Ewropej taz-zokkor fl-interess li jkun hemm provvista tajba bi prezzijiet baxxi għall-industrija, u li r-riżorsi finanzjarji jintużaw inqas fuq export refunds u jmorru minflok fuq infiq iżjed ta’ benefiċċju għall-bdiewa u l-ambjent.
L-Onor. Galdes ħeġġeġ lill-Prezidenza tal-Kunsill Irlandiża sabiex iżżomm kemm jista’ jkun mal-kompromess li ntlaħaq f’Marzu bħala bażi tajba għan-negozjati mal-Parlament Ewropew.
Stqarrijiet Oħra:
PR262029
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...
PR262028