OPPORTUNITAJIET TA’ SKAMBJI GĦALL-ANZJANI
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b’Diżabilità u l-Anzjanità Attiva, l-Onor. Franco Mercieca, dalgħodu attenda fl-Ajruport ta’ Malta għat-tluq ta’ għaxar anzjani lejn Tallinn bħala parti mill-programm Grundtvig tal-Unjoni Ewropea dwar l-anzjanità attiva. Il-parteċipazzjoni ta’ dawn l-anzjani f’dan l-iskambju kienet possibbli permezz ta’ fondi li ntrebħu mill-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli.
Dr Mercieca faħħar din l-inizjattiva ta’ skambji u ħeġġeġ biex aktar anzjani jieħdu sehem f’inizjattivi bħal dawn. Huwa qal li dawn l-inizjattivi jippermettu lill-anzjani jkomplu jitgħallmu u jaqsmu l-għarfien u l-esperjenzi ta’ ħajjithom minn pajjiż għal ieħor.
Huwa tenna li dawn l-iskambji jiftħu lill-anzjani possibbiltajiet ġodda ta’ tagħlim waqt li joffrulhom okkażjoni fejn jistgħu jkomplu jgħinu fit-tfassil tas-soċjetà.
“Proġetti bħal dawn joffru opportunitajiet ta’ tagħlim ġodda lill-anzjani tagħna u jkomplu jippromwovu ‘l anzjanità attiva u jisħqu fuq is-sehem tagħhom fis-soċjetà”, qal Dr Mercieca waqt li sostna li dawn l-inizjattivi jgħinu aktar biex l-anzjani jibqgħu jikkontribwixxu lejn is-soċjetà.
Other Press Releases:
PR262029
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...
PR262028