Il-GVERN HUWA KOMMESS LI JŻID L-EFFIĊJENZA FIL-QASAM TAL-ENERĠIJA U L-UŻU TA’ SORSI TA’ ENERĠIJA RINNOVABBLI LI FLIMKIEN IWASSLU GĦAL TNAQQIS FL-EMISSJONIJIET
L-istatistika maħruġa llum mill-Eurostat dwar l-emissjonijiet CO2 mill-użu tal-enerġija għas-sena 2012 tkompli tikkonferma l-ħtieġa urġenti li pajjiżna fl-iqsar żmien possibli jaqleb għal sistema ta’ generazzjoni tal-energija bil-gass, xi ħaġa li dan il-Gvern sa mill-bidu beda jaħdem fuqha biex dan iseħħ.
L-istatistika tal-Eurostat turi nuqqas ta’ azzjoni konkreta mill-amministrazzjoni preċedenti biex ikun hemm tnaqqis fl-emissjonijiet u ċaqlieq favur l-użu ta’ enerġija alternattiva u enerġija nadifa.
Il-Ministeru jgħid li mill-istatistika joħroġ ċar li sal-perjodu indikat, jiġifieri s-sena 2012, ma kien hemm ebda sinerġija effettiva bejn is-settur tal-enerġija u t-tibdil fil-klima.
Waqt li pajjiżi oħrajn irnexxilhom jiddiversifikaw is-sorsi ta’ enerġija tagħhom għal tkabbir ekonomiku aktar sostenibbli, b’inqas emissjonijiet ta’ karbonju, pajjiżna bħal donnu naqas milli jagħmel dan.
Dan il-Gvern huwa kommess li jżid l-effiċjenza fil-qasam tal-enerġija, kif ukoll l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Flimkien dawn għandhom iwasslu għal tnaqqis fl-emissjonijiet mill-użu tal-enerġija. Kif imħabbar diġà dan il-Gvern għandu pjan aġġornat dwar l-enerġija biex dan kollu jseħħ. Dan il-Gvern qed jieħu b’serjetà kbira l-obbligi tiegħu fuq it-tibdil fil-klima.
Other Press Releases:
PR262029
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...
PR262028