STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETA` SOĊJALI
B'referenza għall-istqarrija maħruga aktar kmieni illum mill-Union Ħaddiema Magħqudin, li fiha tat avviż ta' azzjonijiet industrijali fir-residenza St. Vincent de Paul, il-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali jibqa' dejjem dispost għad-diskussjoni mar-rappreżentanti tal-ħaddiema, iżda jrid jagħmilha ċara li ċ-ċaqlieq tal-ħaddiema jsir skont l-esiġenzi tas-servizz u huwa prerogattiva tal-management.
Għaldaqstant, il-Gvern la jara l-utilita` u wisq aktar il-validita` li jiġu ordnati azzjonijiet industrijali dwar materja li hija prerogattiva tal-management.
Il-Ministeru jtenni l-pożizzjoni tiegħu li l-għan ewlieni tal-Gvern huwa li jiżgura li din ir-residenza għall-anzjani b'dipendenza tkun post bl-aqwa ambjent u servizz.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en