Left arrow Mur Lura

IT-TERMINAL TAĊ-ĊIRKEWWA JGĦADDI UFFIĊJALMENT GĦAND IL-GOZO CHANNEL

pr1110
Date Icon 27/05/2013

It-Terminal il-ġdid taċ-Ċirkewwa għadda uffiċjalment għand il-kumpanija Gozo Channel u dan wara l-ispinta li ngħatat f’dawn l-aħħar tliet xhur biex jitlesta l-proġett li kien ilu għaddej għal ħafna żmien.

Matul konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi kif ukoll mill-Ministru għal Għawdex Anton Refalo, intqal li matul iż-żmien, kien hemm ħafna intoppi u dan il-proġett ilu jkaxkar għal snin twal. Issa għad baqa’ ftit xogħol żgħir, fosthom biex jissewwew xi ħsarat li kien hemm fit-turbina tar-riħ u fis-south quay’, qabel jitlesta kompletament.

Il-Ministru Joe Mizzi qal li kif inħatar Ministru, waħda mill-ewwel prijoritajiet tiegħu kienet lix-xogħol jitlesta kemm jista’ jkun malajr. Għalhekk ġew identifikati n-nuqqasijiet li kien hemm u sar ix-xogħol li kien għadu pendenti biex jiġi żgurat li l-proġett ikun qed jiffunzjona, sa qabel is-Sajf.

Il-Ministru Anton Refalo fakkar li dan il-proġett ra l-bidu tiegħu fl-1997, meta Gvern Laburista kien applika għal dan il-proġett, li iżda kien twaqqaf minn Gvern Nazzjonalista. Qal li minħabba dawn l-intoppi, il-proġett ħa snin sħaħ biex jitlesta.

Waqt li l-bini tat-terminal innifsu u bini ieħor bħall-‘marshalling area’, fejn ikun hemm il-karozzi fil-kju, il-moll ta’ fuq u l-‘linkspans’ għaddew f’idejn il-Gozo Channel, li se tkun responsabbli mill-operat u l-manutenzjoni tagħhom, Transport Malta se tkun responsabbli għaż-żoni l-oħrajn bħat-toroq ċirkolari fuq in-naħa ta’ ġewwa, iż-żona tat-trasport pubbliku u l-parkeġġi.

Għall-konferenza tal-aħbarijiet, attendew ukoll iċ-Ċermen tal-Gozo Channel Joe Cordina u ċ-Ċermen ta’ Transport Malta James Piscopo.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow