Left arrow Go Back

IL-GVERN STIEDEN LILL-MALTA BUSINESS BUREAU TIKKUNSIDRA STUDJI DWAR L-IMMANIĠĠJAR TAL-ISKART

pr1108
Date Icon 27/05/2013

Waqt żjara li uffiċjali tal-Malta Business Bureau għamlu lill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima, l-Onor. Leo Brincat faħħar il-ħidma u l-impenn qawwi ta’ din l-organizzazzjoni fis-settur privat f’kuntest Ewropew.

Il-Ministru Leo Brincat qal li, l-istess kif għamlet studji interessanti ħafna dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-ilma, l-Malta Business Bureau għandha tikkunsidra li tagħmel studji dwar l-immaniġġjar professjonali tal-iskart, skont l-aqwa prattiċi Ewropej.

Huwa qal li l-Malta Business Bureau tista’ tipproponi użu aħjar tal-iskart għall-enerġija, dipendenza anqas fuq il-landfills, riċiklaġġ aktar effettiv tal-iskart innifsu u kif jistgħu jissaħħu l-ġbir u s-separazzjoni tal-iskart fuq livell ta’ komunità. U dan sabiex il-pajjiż ikun f’qagħda aħjar li jilħaq il-miri Ewropej dwar l-iskart.

Il-Ministru Brincat qal li għalkemm f’pajjiżna hawn numru dejjem jikber ta’ gradwati fl-immaniġġjar tal-ambjent, hemm bżonn urġenti ta’ numru akbar ta’ professjonisti fl-immaniġġjar tal-iskart. L-istess jgħodd għall-oqsma tat-tibdil fil-klima u l-iżvilupp sostenibbli.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

More Press Releases Right arrow