L-IMPORTANZA TA’ KO-ORDINAMENT BEJN IL-MITA U L-MCA
Is-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u t-Tkabbir Ekonomiku, l-Onor. Edward Zammit Lewis, iltaqa’ b’mod uffiċjali mal-Bord tad-Diretturi l-ġdid tal-Awtorità dwar il-Komunikazzjoni (MCA) taħt it-tmexxija taċ-Chairman Dr. Edward Woods.
F’din il-laqgħa ġew diskussa l-prijoritajiet li għandha, u li se jkollha, l-Awtorità kemm bħala regolatur fil-qasam tal-komunikazzjoni kif ukoll fl-irwol tagħha fil-komunità b'mod ġenerali. Is-Segretarju Parlamentari spjega li l-MCA għandha rwol kruċjali sabiex jintlaħqu l-miri tal-Gvern għall-Ekonomija Diġitali li hija pilastru importanti fil-ħidma biex jinkiseb tkabbir ekonomiku li jilħaq lil kulħadd.
L-Onor. Zammit Lewis saħaq dwar l-importanza ta’ iktar kollaborazzjoni bejn awtoritajiet differenti b’mod partikolari bejn il-MITA u l-MCA biex il-proġetti jiġu implimentati b’mod aktar effiċjenti u ħolistiku. Qal li bit-tisħiħ fil-ko-ordinament, ir-riżorsi tal-pajjiż jistgħu jagħtu riżultat iktar massimizzat. Effettivament l-MCA, flimkien ma’ entitajiet oħra, se jkollha rwol importanti fl-implimentazzjoni tal-istrateġija għall-ekonomija diġitali ta’ pajjiżna li qed tiġi kko-ordinata mill-MITA.
Is-Segretarju Parlamentari tkellem ukoll mal-Acting CEO – is-Sur Ian Agius – u ma’ diversi ħaddiema fejn irringrazzjahom tax-xogħol tajjeb li qed jagħmlu.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en