Left arrow Mur Lura

FIDUĊJA FIŻ-ŻGĦAŻAGĦ - IMNEDIJA L-KAMPANJA VOT 16

pr1104
Date Icon 26/05/2013

F’Konferenza tal-Aħbarijiet f’Lukanda f’San Ġiljan is-Segretarju Parlamentari responsabli mill-Kultura u Kunsilli Lokali l-Onor. Jose Herrera vara l-Kampanja Vot 16. Din il-kampanja ser tkun qed tinvolvi sensiela sħiħa t’attivitajiet u sessjonijiet ta’ informazzjoni li fiha ż-żgħażagħ ta’ bejn is-16 u t-18 – il sena ser ikunu l-protagonisti biex f’pajjiżna l-eta tal-votazzjoni għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali tinżel għal 16 –il sena. Din il-kampanja qed titnieda fil-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ fil-proġett Aboard the Citizenship li l-Aġenzija Żgħażagħ qed torganizza matul il-ġimgħa kollha bil-fondi tal-Youth in Action.  L-għan prinċipali ta’ din il-ġimgħa hu li nippromovu ċ-Ċittadinanza Attiva, billi nħeġġu liż-żgħażagħ ikunu aktar parteċipi fis-soċjetà kemm lokalment kif ukoll fil-livell Ewropew. Preżenti għall-Konferenza ta’ dalgħodu kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari responsabli mir-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport l-Onor. Stefan Bountempo.

L-Onor. Stefan Bountempo qal li din l-opportunita ġdida f’pajjiżna ser tħeġġeġ il-parteċipazzjoni u l-involvement dirett liż-żgħażagħ Semma kif il-Gvern qed jaħdem biex id-demokrazijaja f’pajjiżna tiġi mwettqa u prattikata inkluż billi l-Gvern jagħti aktar vuċi liz-żgħażagħ. Is-Segretarju Parlamentari qal li din il-proposta hija importanti għax ser tghin iz-żgħażagħ jkomplu jifformaw l-identita’ tagħhom  u wkoll  ser sservi ta’ mezz biex huma jiġu imħeġġa jipparteċipaw aktar fid-deċiżjonijiet importanti l-aktar fuq temi li jikkonċernaw direttament lilhom. L-Onor. Stefan Bountempo qal li “b’dan il-proċess informattiv ser inħeġġu aktar żgħażagħ li jkunu parteċipi fis-soċjeta ċivili. Nemmen li dan il-proċess ser ikun ta’ ġid ta’ kif ser titħaddem id-demokrazija  f’pajjiżna”, saħaq is-Segretarju Parlamentari responsabli miz-żgħażagħ.

Il-Kampanja Vot 16 qed tlaqqa flimkien diversi entitajiet taħt kumitat ta’ monitoraġġ wieħed imexxi mis-Sur Michael Cohen li huwa l-advisor responsabli mill-Kunsilli Lokali fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari. Huwa qal li f’dan il-monitoring committee qed jipparteċipaw Dott. Albert Bell bħala l-Kap tad-Dipartiment taz-Żgħażagħ u l-Komunità, Dott. Andrew Azzopardi - Advisor u Senior Lecturer, Dipartiment taz-Żgħażagħ u l-Komunità, Dott. Marc Sant bħala l-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, il-Kap Ezekuttiv tal-Aġenzija Żgħażagħ Miriam Teuma, Ms. Beverly Saliba bħala rappreżentanta mis-Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport is-Sur Anthony Mifsud f’isem il-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ u membru mill-Kunsill Nazzjonali taz-Żgħażagħ. Huwa qal li dan il-monitoring committee għandu rwol importanti biex imexxi ‘l quddiem id-diskussjoni f’pajjiżna li trid tinbet dwar il-Vot 16. Is-Sur Cohen qal li l-attivitajiet li hemm pjanati li jsiru bħala parti mill-Kampanja Vot 16 ser jilħqu l-qofol tagħhom f’Novembru li gej meta pajjiżna jiċċelebra l-għoxrin anniversarju mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali. Is-Sur Michael Cohen ħabbar li l-ewwel involviment ta’ din il-ħidma ser tkun laqgħa tal-monitoring committee mal-President tar-Repubblika, il-Prim Ministru kif ukoll il-Kap tal-Oppożizzjoni.

Indirizza l-Konferenza tal-Aħbarijiet is-Senior Lecturer fi hdan id-“Department of Youth and Community Studies” ġewwa l-Universita ta’ Malta Dr Andrew Azzopardi. Huwa qal li t-tama tiegħu hija li d-diskussjoni li ha jkun hawn fil-pajjiz ma tkunx ffukata esklussivament fuq il-kunċett tal-vot imma fuq ħafna aspetti ohrajn li wieħed jista' jislet f' din il-proposta, b’ mod partikolari r-relazzjoni taz-żgħażagħ mal-komunitajiet tagħhom kif ukoll dwar iz-żgħażagħ bħala forza soċjali importanti.  “Din fl-opinjoni tiegħi hija l-pjattaforma tad-dibattitu kollu li rridu naraw fix-xhur li gejjin”, tenna Dr Azzopardi.

Huwa qal li din il-proposta tpoggi liz-żgħażagħ (minn 16 –il sena ’l fuq) fuq il-mappa tad-deċiżjonijiet b’ differenza kardinali għaliex id-deċiżjonijiet tal-preżent ha jaffettwaw il-futur tagħhom.  Tenna li din il-proposta tagħti messaġġ ċar liz-żgħażagħ li għandhom jaghmlu parti mid-definizjoni ġdida ta' komunita', mill-bżonn li qed jinħoloq li jkun hemm riġenerazzjoni u tibdil kif nifhmu, ngħixu u ninterpretaw il-komunita' - għax b' hekk aħna bħala politiċi, policy makers u akkademiċi inkunu nistgħu nagħtu r-risposti u nerrejaġixxu għal dak li ser naffaċċjaw fis-snin li ġejjin.

Qal li b’din il-prosposta z-żgħażagħ ta’ bejn 16 u 18 –il sena ser isiru parti mill-kostitwenza li l-politiċi jridu jaghtu kaz. Fl-ahhar huwa qal li dan id-dibattitu ser ikun wieħed ferm interessanti għax qed jaghti definizjoni aktar wiesgħa ta' dik li hija demokrazija. Fost kollox, tenna Dr Azzopardi, proposta bħal din ser terga’ tpoggi liz-żgħażagħ fil-kuntest politiku għax f' dawn l-ahhar 10 - 15 -il sena, iz-żgħażagħ tilfu hafna minn dan is-sens t' attivizmu, t' involvement u ta' vuci. Huwa qal li proposta bħal din hija importanti għax biha liz-żgħażagħ ser tghinhom jifformulaw l-identita’ tagħhom, jistaqsu (“lil min ser nivvota u għaliex?”) u li jipprotestaw bil-vot tagħhom. Qal li din il-proposta ser tiggenera katina ta’ proċessi formattivi. 

Is-Segretarju Parlamentari Jose Herrera qal li flimkien qed niktbu pagna ġdida fl-istorja ta’ dan il-pajjiz għaliex dan il-proċess ser ikun qed jaghti bidu biex Żgħażagħ ta’ sittax –il sena ma jibqghux fuq il-periferija imma permezz tal-vot taghha jidhlu fic-centru tal-politika. Qal li ftit jiem biss wara li ha l-kariga, fl-ewwel diskors li ghamel bħala segretarju parlamentari responsabli mill-Kunsilli Lokali huwa ħabbar li r-rigal li din l-amministrazzjoni trid taghti lill-Kunsilli Lokali fl-okkazzjoni tal-20 anniversarju tagħhom huwa billi ddahhal din il-proposta li hija fil-programm politiku ta’ dan il-gvern. Huwa qal li dan il-gvern prefera li qabel jimplimenta proposta storika bħal din jisma lill dawk kollha li għandhom xi jgħidu fuq il-vot 16 halli b’hekk tassew nuru l-fiducja taghha fiz-żgħażagħ.

Huwa awgura li l-proċess ta’ diskussjoni jkun wieħed wiesgħa u jesplora l-possibiltajiet kollha li hemm marbuta mal-vot 16. Fakkar li kien il-Kunsill tal-Ewropa stess li f’rizoluzzjoni tat-23 ta’ Gunju 2011 appella lill-istati membri fi ħdanu biex jibdew il-proċess halli jbaxxu l-eta tal-votazzjoni għal dik ta’ 16. Anke l-European Youth Forum f’rizoluzzjoni appella lill-Gvernijiet Nazzjonali u l-Unjoni Ewropeja biex jisimgħu minn dak li qed jgħid il-Kunsill tal-Ewropa u jaħdmu sabiex l-eta tal-votazzjoni tinzel għal sittax –il sena.

Is-Segretarju Parlamentari qal li t-tama tiegħu hija li bi proposta bħal din, id-distakk li jista jezisti bejn l-istituzzjonijiet demokratici u c-cittadini jonqos. “Li qed nghidu ahna b’din il-proposta hija li bħala Gvern qed nirrikonoxxu li d-demokrazzija tiddependi fuq kulhadd, inkluz il-ġenerazzjoni żgħażugħa”, tenna l-Onor. Herrera. Huwa qal li studji juru li hemm korrelazzjoni bejn dak li wieħed jagħmel bil-vot tiegħu meta jkun zghir u dak li jibqa jagħmel bil-vot tiegħu tul il-hajja tiegħu. Għalhekk din il-kampanja hija intiża primarjament li teduka kemm liz-żgħażagħ u anke lil dawk aktar maturi għaliex dawn huma s-sisien li fuqhom qed iserraħ il-pajjiz.

Huwa qal li b’din il-proposta il-politiċi issa jridu jifhmu li ghanhom kostitwenza ġdida li jridu jaghmlu tajjeb għaliha: il-kostitwenza tat-teenagers li bil-vot 16 huma ser jibda jkollhom sehem dirett fil-proċess demokratiku ta’ dan il-pajjiz.

“L-istorja uriet li l-eta tal-maturita’ politika lesta tinbidel. B’dan il-pass storiku dan il-Gvern qed jibghat messaġġ car li ser ikompli jbiddel dan il-pajjiz. Għax nemmnu fiz-żgħażagħ u nemmnu fil-ġenerazzjoni żgħażugħa inkluza dik ta’ taħt it-tmintax –il sena huwa pjaċir kbir tiegħu li llum flimkien qed naghtu bidu għal dan il-proċess l ser iwassal għal bidla storika f’dan il-pajjiz dik li Żgħażagħ ta’ 16 –il jkollhom id-dritt tal-vot fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali”, tenna s-Segretarju Parlamentari.

Għall-Konferenza ta’ dalghodu kien hemm prezenti żgħażagħ li ppartecipaw fil-Kunsill Lokali Żgħażagħ u zghaghzagh ohrajn li qed jiehdu sehem fil-gimgha ddedika ghaz-żgħażagħ. Isegwu din il-Konferenza tal-Ahbarijiet kien hemm workshops immexxija minn Agenzija Żgħażagħ sabiex jiddiskitu u jevalwa is-sehem taz-żgħażagħ fil-Kunsilli Lokali Żgħażagħ kif ukoll f’din il-kampanja.

Prezenti ukoll għal Konferenza tal-Ahbarijiet dalghodu kien hemm id-deputat tal-oppozizzjoni is-Sur Robert Cutajar kif ukoll il-President tal-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali Dr. Marc Sant.

Waqt il-konferenza tal-ahbarijiet, li saret ukoll bil-kolaborazzjoni tas-Segretarjat Parlamentari responsabli mir-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, is-Segretarju Parlamentari Jose Herrera kiteb messaġġ fuq facebook fil-pagna ta' din il-kampanja.

Informazzjoni supplimentari:
Pajjiżi li nnaqsu l-eta tal-vot għal dik ta’ 16 huma l-Awstrija fl-1 ta’ Lulju 2007, il-Ġermanja (7 mis-16 –il stat), in-Noverġja u s-Svizzerra li jistgħu jivvutaw fl-elezzjonijiet lokali ta’ pajjiżhom.
Facebook Page – Vote16 - https://www.facebook.com/vote16malta
Twitter – Vote16malta - https://twitter.com/Vote16malta

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow