EDUKAZZJONI TUL IL-ĦAJJA - IMNEDIJA KORSIJIET MILL-KUNSILL LOKALI TAL-ISLA
Is-Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport – Dr Stefan Buontempo flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Isla, illum varaw sensila ta’ korsijiet kemm vokazzjonali u anke akkademiċi indirizzati biex jikkonservaw l-kultura u d-drawwiet ta’ din il-lokalita’ tal-Isla.
Meta kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet, Dr Buontempo qal li l-Gvern qed jaħdem u jiżen il-bżonnijiet li għandhom ir-residenti tal-Isla u b’ħiltu kollha qed jirsisti sabiex jissodisfa dawn il-ħtiġijiet.
Il-Gvern jemmen fl-edukazzjoni tul il-ħajja. Għalhekk inizjattivi bħal tal-lum huma siewja għal dawk iż-żgħażagħ u l-adulti li fis-snin li għaddew telqu l-bank tal-iskola. B’din l-inizjattiva li ħa l-kunsill ser jerga’ jressaq lejh individwi biex ikabbru l-edukazzjoni tagħhom u b’hekk ser iwassalhom biex ikabbru l-ħiliet tagħhom biex jirnexxu fid-dinja tax-xogħol.
Dr. Buontempo faħħar ukoll proġett li ġie varat riċentament li huwa ‘L-Iskola tar-Regatta’, proġett li qed jgħin is-Senglejani jkomplu jsaħħu it-tradizzjoni ta’ din il-lokalita’.
Preżenti għall-din il-konferenza li saret fil-Kunsill Lokali tal-Isla, kien hemm is-Sindku tal-Isla, Justin John Camilleri u l-Kunsillier responsabbli mill-edukazzjoni Christ Cocker.
L-applikazzjonijiet huma miftuħa u wieħed jista’ jikseb aktar informazzjoni mill- Kunsill Lokali tal-Isla.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en