VARATA L-ĠIMGĦA EWROPEA TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ
Is-Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport – Dr Stefan Buontempo llum inawgura l-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ. L-għan prinċipali ta’din il-Ġimgħa huwa li tippromovi ċ-Ċittadinanza Attiva, billi tħeġġeġ liż-żgħażagħ ikunu aktar parteċipi fis-soċjetà kemm lokalment kif ukoll fil-livell Ewropew.
Meta kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet, Dr Buontempo qal li l-Gvern irid iħeġġeġ liż-żgħażagħ ikunu attivi fis-soċjetà ċivili. Żied jgħid li inizjattiva bħal din tista sservi wkoll ta’ pjattaforma għal diskussjonijet dwar diversi kwistjonijiet li jolqtu liż-żgħażagħ u dawk li jaħdmu magħhom.
Preżenti għall-konferenza, li saret fl-iMsida Skate Park, kien hemm ukoll, fost l-oħrajn, il-Koordinatur Nazzjonali tal-Aġenzija tal-Programmi tal-Unjoni Ewropea, Robert Debono, il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Żgħażagħ, Miriam Teuma, u Anthony Mifsud mill-Kummissjoni Djoċeżjana Żgħażagħ.
Matul din l-ġimgħa, l-Aġenzija Żgħażagħ ser taħdem fuq proġett bl-isem ta’ ‘Aboard the Citizenship’, li se jieħu forom differenti fosthom djalogi u dibattiti kif ukoll attivitajiet sportivi, kulturali u artistici. Il-Kummissjoni Djoċeżana Żgħażagħ se taħdem maż-żgħażagħ biex flimkien jippromovu ċ-ċittadinanza attiva filwaqt li l-Aġenzija tal-Programmi tal-Unjoni Ewropea se tippreżenta l-aħjar prattiki u turi l-aħjar proġetti ta’ NGOs li rnexxew fil-Youth In Action Programme tal-UE.
Wieħed jista jikseb aktar informazzjoni minn http://www.aġenzijażgħażagħ.gov.mt/
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en