Left arrow Mur Lura

WIRJA TAL-ARTI TAL-ARTIST ANDREW MICALLEF FIL-PALAZZ TA' SANT'ANTON

pr1098
Date Icon 25/05/2013

“Il-pittur tan-Natura” – Il-President George Abela , hekk iddiskriva l-artist Andrew Micallef, nhar il-Ġimgħa filgħaxija meta fetaħ il-wirja tal-arti bit-titlu ta’ Landmarks, liema wirja qed issir fil-Palazz ta’ Sant’Anton bil-għan li jinġabru fondi għall-Malta Community Chest Fund.

Il-President esprima l-pjaċir tiegħu li jinawgura din il-wirja ta’dan l-artist żagħżugħ imma ċertament stabbilit sew fil-qasam tal-arti. 

L-esibizzjoni Landmarks hija t-tmien wirja personali ta’Andrew u fiha qed jesibixxi 26 biċċa xogħol kollha bl-akrilika. Din il-kollezzjoni titfa dawl fuq xi nħawi li nsibu fil-gżejjer tagħna u li huma familjari mal-poplu Malti u Għawdxi, mill-aspett rurali u urban, minn binjiet ta’ valur storiku sa siti li iffurmaw mal-milja tas-snin b’mod naturali, u li huma ikkunsidrati bħala wirt dinji. 

Il-wirja ser tkun miftuħa kuljum sas-16 ta’Ġunju mid-9.00 ta’ filgħodu sas-6.00 ta’wara nofsinhar. Għal iktar informazzjoni wieħed jista’ jibgħat email fuq Christine.camilleri@gov.mt jew iċempel 21221221. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow