Left arrow Go Back

LAQGĦA MAL-ĠENITURI ORGANIZZATA MID-DOWN SYNDROME ASSOCIATION FIL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX

pr1097
Date Icon 25/05/2013

Dalgħodu ġiet organizzata laqgħa mill-assoċazzjoni tad- Down Syndrome ġewwa  l-Ministeru għal Għawdex fejn l-assoċazzjoni flimkien mal-ġenituri ta’ tfal li ibatu b’din il-kundizzjoni medika qasmu il-ħsibijiet tagħhom mal-Ministru għal Għawdex Dr. Anton Refalo kif ukoll mas-Segretarju Parlamentari responsabli minn dan il-qasam Dr. Franco Mercieca. Il-Ministru għal Għawdex  stqarr li għalkemm mhux gej mill-qasam mediku,  mill-esperjenza tiegħu meta jiltaqgħa mal-kostitwenti tiegħu Għawdxin tul dawn l-aħħar ħamsa u għoxrin sena fehem it-tbatijiet, sagrifiċji u sfidi kontinwi li jiffaċjaw ta’ kuljum dawn il-persuni flimkien mal-familjari tagħhom. Semma l-iktar tlett prekopazzjonijiet prinċipali li jaqsmu miegħu l-persuni involuti bħal nuqqas ta’ faċilitajiet li jibqgħu jiġu assesjati minnhom wara li jgħalqu is-sittax –il sena, nuqqas ta opportunitajiet għal impjiegi kif ukoll il-futur ta’ dawn l-ulied f’kas li jiġu neqsin il-ġenituri tagħhom. Sabiex jiġu indirizzati dawn il-problemi il-Ministru Refalo qal li ser ikun hemm ħidma ħolistika mill-gvern flimkien ma għaqdiet mhux governattivi sabiex jinstabu soluzzjonijiet konkreti. Il-Ministru għal Għawdex  Dr. Anton Refalo stqar li ser jara kif tiġi imwetqa il-Konvenzjoni tal-Ġnus magħquda dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabilita li tfisser li rridu nippromwovu, niproteġu u nassiguraw tgawdija sħiħa u ndaqs tad-drittijiet umani u nipromwovu rispett lejn id-dinjita intrinsika tagħhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow