WORKING GROUP BIEX JIFFAĊILITÀ L-PROĊESS TA’ TIBDIL
Is-Segretarju Parlamentari Josè Herrera ħabbar li ser ikun qed iwaqqaf working group kompost mill-President u rappreżentant tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali (AKL), id-Direttur u rappreżentant tad-Dipartiment Gvern Lokali u s-Sur Michael Cohen li huwa l-advisor responsabbli mill-Kunsilli Lokali fi ħdan il-Ministeru.
Ix-Xogħol ta’ dan il-working group, qal l-Onor. Herrera ser ikun li jiffaċilità l-proċess ta’ tibdil li jeħtieġ li jsir fil-Kunsilli Lokali u r-Reġjuni.
Is-Segretarju Parlamentari Josè Herrera ħabbar dan waqt l-ewwel laqgħa uffiċjali li kellu mal-Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.
Matul din il-laqgħa ġew diskussi diversi temi bħad-devoluzzjoni ta’ responsabbiltajiet lill-Kunsilli Lokali u lir-Reġjuni, kwistjonijiet marbuta ma’ kofinanzjament, reviżjoni ta' Liġijiet, Regolamenti u Proċeduri tal-Kunsilli Lokali kif ukoll il-ħolqien ta' mekkaniżmu operattiv bejn l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u l-Gvern biex titwettaq ħidma immedjata.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en