FAVUR DEJJEM AKTAR FONDI EWROPEJ GĦALL-KUNSILLI LOKALI U NGO’S FIL-PROGRAMM FINANZJARJU L-ĠDID 2014-2020
“Fil-programm finanzjarju l-ġdid irridu nassiguraw li aktar Kunsilli Lokali u NGO’s jibbenefikaw minn fondi Ewropej biex b’hekk dawn il-fondi jkunu jistgħu jissarrfu fi proġetti fejjieda għall-komunità tagħhom. Fl-istess waqt jeħtieġ daqstant ieħor niżguraw li l-benefiċjarji jkunu mħarrġa u fi struttura li tista’ timplimenta l-proġetti b’mod professjonali kif mistenni”. Dan sostnieh l-Onor. Ian Borg Segretarju Parlamentari għall-Affarijiet Ewropej u għall-Presidenza UE 2017, li kien qed jindirizza seminar li kien qed jara l-konklużjoni ta’ proġett iffinanzjat minn fondi Ewropej u li l-benefiċjarju tiegħu kien il-Kunsill Lokali tal-Imġarr.
L-Onor. Borg sostna li fil-kariga tiegħu bħala Segretarju Parlamentari responsabbli minn fondi Ewropej ħa jkun impenjat li jkompli jgħin aktar NGO’s u Kunsilli Lokali fit-twettiq ta’ proġetti b’kofinanzjament mill-UE. Għajnuna teknika lil diversi NGO’s u Kunsilli Lokali, illum il-ġurnata diġà tingħata mill-MEUSAC.
Is-Segretarju Parlamentari qal ukoll li għalkemm vera li l-proċess ta’ applikazzjoni u implimentazzjoni ta’ proġetti bħal dawn għandu jkun wieħed aktar issimplifikat, iżda dan qatt ma għandu jservi sabiex tiġi mxekkla t-trasparenza u li jkunu osservati r-regolamenti kollha Ewropej.
Il-proġett li ġie mwettaq mill-Kunsill Lokali tal-Imġarr intitolat ‘Cypfire’ ibbenefika minn madwar 120,000 Euro taħt il-Med Programme 2007-2013. Il-Med Programme 2007-2013 huwa transitional cooperation programme li permezz tiegħu ġew iffinanzjati proġetti relatati mal-innovazzjoni, ambjent, żvilupp sostenibbli u aċċessibiltà fir-Reġjun tal-Meditterran.
L-għan ta’ dan il-proġett partikolari kien li jipproponi soluzzjoni prattika, ekoloġika u ekonomika ta’ kif wieħed jista’ jipprevjeni jew inaqqas il-possibbiltajiet ta’ nirien ġewwa għelieqi u widien.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en