L-ONOR. EDWARD ŻAMMIT LEWIS “IL-GVERN INIEDI ŻEWG SEJĦIET INTERNAZZJONALI GĦALL-ESPRESSJONI TA' INTERESS GĦALL-GĦOTI TA` KONĊESSJONIJIET TAL- KAŻINÒ, WIEĦED F’MALTA U WIEĦED F'GĦAWDEX”
L-Onor Żammit Lewis illum wara nofsinhar spjega kif il-kazinos f'Malta għandhom storja twila li f’tul iż-żminijiet saru komponent tal-kultura ta’ divertiment li toffri Malta. Huwa spjega li l-operazzjonijiet tagħhom saru dejjem iktar evoluti bl-użu ta teknoloġija u b’ investiment għoli fejn ġew applikati metodi u sistemi inovattivi sabiex din l-industrija tkompli tikber.
Huwa rrefera għad-diskors tal-aħħar baġit fejn fakkar li l-Prim Ministru Dr Joseph Muscat kien ħabbar li l-Gvern se jkun qed joħroġ żewġ sejħiet internazzjonali għall-konċessjonijiet għall-linċenzja ta’ Każinò - wieħed f'Malta u wieħed f’Għawdex.
“Bħala Gvern ridna nuru li aħna mhux biss se noħorġu dawn is-sejħiet, iżda dawn is-sejħiet se jinħargu f’żmien relattivament qasir. Messaġġ ta’ Gvern li jaħdem għat-Tkabbir Ekonomiku ta’ pajjiżna.” saħaq is-Segretarju Parlamentari Żammit Lewis.
Illum infetħu żewġ Espressjonijiet ta’ interess, fejn mil-lum operaturi ta' każinòjiet internazzjonali u anke lokali jistgħu jiġbru d-dokumenti għall-Espressjoni ta' interess mill-Privatisation Unit. L-ambitu ta’ ħruġ ta’ dawn iż-żewġ espressjonijiet ta’ interess għal konċessjonijiet tal-każinò huma diversi:
1. Biex jinbena l-kunċett ta’ Turiżmu Ħolistiku f’Għawdex, fejn pajjiżna jkun jista joffri pakkett turistiku iktar ħoltisiku. B’hekk Għawdex jkun jista joffri firxa iktar wiesgħa ta' attrazzjonijiet turistiċi li jħeġġu t-tursiti jagħmlu użu min servizzi tal-ospitalità u divertiment f’oqsma oħrajn u anke fil-ħinijiet tal-lejl. Dan sintendi se jgħin għat-Tkabbir Ekonomiku f’Għawdex u biex jinħoloq Xogħol f’Għawdex għall-Għawdxin.
2. Biex ikomplu jinħolqu aktar opportunitajiet tax-xogħol ta kwalità kemm f'Malta u kemm f’ Għawdex fis-settur tal-logħob, li matul is-snin saret attività importanti għall ġenerazzjoni ekonomika ta’ pajjiżna. Sal-lum, kważi 1,000 ruħ huma impjegati full-time jew part-time mal-kasinos liċenzjati attwali.
3. Biex tittejjeb il-pożizzjoni ta’ Malta fuq il-mappa tad-divertiment internazzjonali, li toffri taħlita unika ta' attrazzjonijiet kulturali, ġeoloġiċi u divertiment. Perswas li l-Każino f’Għawdex se jgħin biex iressaq turisti ta’ kwalità ġodda li se jippreferu lil Għawdex mhux biss minn Malta, iżda se jippreferu lil-Għawdex mill-pajjiżi kollha fil-Mediterran
4. Biex jistimulaw it-tkabbir fis-settur tal-ospitalità, mhux biss fil-lukandi u ristoranti, iżda wkoll fl-ajru u l-ivvjaġġar bil-baħar, peress li jiġu itkar turisti lejn pajjiżna.
5. Il-Gvern il-ġdid huwa impenjat li l-proċess tal-evalwazzjoni tal-espressjonijiet ta interess jsir b’mod kemm jista’ jkun effiċjenti, ovvjament mingħajr ma nnaqqsu il-kwalità ta dan il-proċess. Proċess li se jinvolvi team ta’ professjonisti mis-speċjalizzazjonijiejt tal-konċessjonijiet, gaming, każinos u viabilità finanzjarja.
L-Onor Żammit Lewis spjega l-proċess li se jkun hekk kif ġej:
*Mil-lum, iż-żewġ dokumenti tal-espressjoni ta interess jistgħu jinġabru mill-Privatisation Unit fis-Sliema, bi ħlas.
*Dawk interessati jistgħu jressqu s-sottomissjonijiet tal-interess tagħhom sal-1 Lulju, 2013
*Sottomissjonijiet separati jintlaqgħu għal konċessjoni ta’ Każino f’ Malta u għal dak f’ Għawdex
*Il-proponenti se jingħataw il-possibbiltà li jkunu innovattivi fl-iffurmar tal-proposta tagħhom, u għalhekk il-Gvern ser jevalwa kull proposta sottomessa bil-ħsieb li ngħinu u mhux infixxklu l-kreattività u l-innovazzjoni.
*Madankollu, proponenti se jkunu meħtieġa li jikkonformaw mar-rekwiżiti kif stabbiliti fid- dokument tal-espressjoni ta’ interess, punt importanti huwa li l-Każinos huma regolati taħt liġi speċifika, jiġifieri l-Att dwar il-Logħob, u għalhekk ir-rekwiżiti fil-liġi għandhom jiġu sodisfatti
*Waqt li l-Gvern qed jistieden proponenti biex ikunu kreattivi u innovattivi, dawk li jippreżentaw espressjoni ta’ interess se jkunu meħtieġa li jipprovdu l-pjanijiet u d-dettaljati fuq il-proġett tal-każinò propost tagħhom u l-operat ta’ tali Kazinò proponut.
*La darba l-espressjonijiet kollha ta interess sottomessi jiġu vvalutati mill-Gvern, imbagħad it-tieni stadju fil-proċess se jidħol fis-seħħ sabiex finalment jintgħazel konċessjonarju ta’ kasinò għal Għawdex, u konċessjonarju wieħed għal Malta, li se jkunu wkoll meħtieġa li japplikaw għal-Liċenzja ta’ Każinò minngħand l-Awtorità tal-Lotteriji u Logħob.
“Ninsabu kunfidenti li dawn is-sejħiet ser jiġġeneraw interess qawwi” temm jgħid l-Onoreveli Żammit Lewis.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en