Left arrow Go Back

M’GĦANDNIEX NESKLUDU S-SEHEM TAS-SETTUR PRIVAT FIL-KUMPANIJA WASTESERV – L-ONOR. LEO BRINCAT, MINISTRU GĦALL- IŻVILUPP SOSTENIBBLI, AMBJENT U TIBDIL FIL-KLIMA

pr1081
Date Icon 24/05/2013

Waqt laqgħa mal-ogħla uffiċjali tal-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija, il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat qal li m’għandniex neskludu s-sehem tas-settur privat fil-kumpanija WasteServ. Dan għalkemm prijorità bħalissa hija li jkun hemm regolatur aktar effettiv fil-qasam tal-immaniġġjar tal-iskart.

Fil-laqgħa, li saret fl-uffiċini tal-Kamra tal-Kummerċ fuq stedina tagħhom stess, il-Ministru Brincat qal li għalkemm l-istrateġija antika użata kienet tipprovdi għal sehem akbar mill-privat, sa issa jidher li ġara bil-maqlub.

Huwa ħabbar li r-rapporti li ġew kummissjonati mill-Ministeru tiegħu huma intiżi biex joħorġu b’rakkomandazzjonijiet prattiċi għall-bord tad-diretturi tal-kumpanija ħalli jkun hemm aktar trasparenza u effiċjenza fl-operat tal-WasteServ.

Il-Ministru Brincat żvela kif minn rapport kummissjonat mill-Ministeru tal-Finanzi fl-ammistrazzjoni ta’ qabel,  irriżulta li l-WasteServ imxiet f’direzzjoni totalment opposta għal dak li kien ġie propost f’dan ir-rapport, li ta ħarsa sew lejn it-tnaqqis tal-ispejjeż fl-operat tal-kumpanija.

Brincat qal li fejn jidħol immaniġġjar tal-iskart il-livell ta’ tħejjija li sab kien wieħed inadegwat u dan meta suppost l-pjan nazzjonali għall-immaniġġjar tal-iskart għandu jitlesta sa tmiem dis-sena. Spjega li bħalissa jinsab fi stadju fejn inħatar team tekniku ħalli jfassal b’mod ħolistiku strategic review u pjan nazzjonali għall-immaniġġjar tal-iskart.

Qal li l-Gvern huwa determinat li jagħti ħarsa kritika lejn l-Eko-kontribuzzjoni biex din titħaddem b’mod flessibbli u ma tkomplix tmur kontra l-ispirtu li twaqqfet bih u għalih. L-istess jgħodd għas-sistema tal-WEEE dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku li għadha fi stat ta’ limbu. Il-Ministru Leo Binrcat qal li kif inhuma l-affarijiet illum dawk li qegħdin jonoraw l-obbligi tagħhom dwar riċiklaġġ m’humiex jieħdu dak li ħaqqhom.

Dwar il-Green Jobs il-Ministru Brincat qal li qed jaħdem flimken mal-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Impjiegi biex titfassal strateġija proattiva u realistika, għaliex sal-lum minkejja li kienu ġew stabbiliti miri ta’ kemm kellhom jinħolqu green jobs, kien hemm aktar referenza għalihom fid-dokumenti ta’ qabel il-Budget (pre-budget consultation documents) milli fil-Budgets infushom.

Fejn jidħol tibdil fil-klima u żvilupp sostenibbli l-Ministru Brincat qal li  jemmen f’involviment aktar dirett mill-istakeholders infushom. Huwa qal li huwa dnub li regolamenti dwar effiċjenza fl-enerġija fil-bini sa jssa ma tħaddmux kemm suppost.

Qal li billi jidher li l-Emission Trading Schemes jinħtieġu riforma strutturali, anke biex jintbagħat sinjal ċar lill-investituri lil hinn mis-sena 2020, hemm bżonn li flimkien mal-Ministeri konċernati tittieħed pożizzjoni ċara bħala pajjiż għaliex jekk uzatha tajjeb din taf tkun għodda tajba fil-mixja lejn il-finanzjament tal-Ekonomija l-Ħadra.

Finalment il-Ministru Leo Brincat wiegħed aktar konsultazzjoni mal-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriza u l-Industrija dwar oqsma li jaqgħu taħthom. Biss qal li prijorità tal-Gvern u li żgur għandhom jaqblu magħha l-istess Kamra tal-Kummerċ hija li jkun hemm audit trails aktar effettivi, anke fis-sistemi tal-ġbir tal-iskart fuq livell ta’ Kunsilli Lokali u ġbir ta’ data, ħalli ċerti landfill fees li huma intiżi biex jinkoraġixxu s-separazzjoni tal-iskart ma jiġux skartati minn min moħħu biex jikser il-liġijiet tal-pajjiż.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow