Left arrow Mur Lura

L-ONOR ANTON REFALO, MINISTRU GĦAL GĦAWDEX, JAGĦMEL ŻJARA LIL THE MAGRO FOOD VILLAGE TA’ MAGRO BROTHERS LTD.

pr1080
Date Icon 24/05/2013

Waqt żjara li l-Ministru għal Għawdex, l-Onor Anton Refalo għamel dalgħodu lil The Magro Food Village, huwa ġie milqugħ mid-Direttur Maniġerjali ta’ Magro Brothers (Foods) Limited, is-Sur John Magro. Il-Ministru ġie muri preżentazzjoni viżiva dwar il-kumpanija Magro Brothers li ilha titmexxa mill-familja Magro għal erba’ ġenerazzjonijiet.

Is-Sur John Magro, akkumpanjat minn ħuh Michael u ibnu Christian, it-tnejn diretturi tal-kumpanija, dawwru lill-Ministru madwar l-uffiċċji u l-fabbrika. Waqt iż-żjara l-Ministru Refalo kellu l-okkażjoni li jammira u josserva l-prodotti tal-marka ‘Savina’ b’mod partikulari ikel Malti waqt li kien qed jiġi preparat kif ukoll kienet okkażjoni sabiħa fejn ltaqa’ u tkellem mal-ħaddiema.

Wara saret laqgħa mad-Diretturi fejn il-Ministru ġie infurmat li din il-kumpanija timpjega 135 persuna kif ukoll għandha numru konsiderevoli ta’ servizzi kkummissjonati lill-kumpaniji lokali. Ta’ min jammira l-fatt li din il-kumpanija tikkommissjona liċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum Santa Marta, fejn persuni bi bżonnijiet speċjali jippakkjaw il-prodotti b’mod regolari.  Is-Sur Magro stqarr ukoll li sas-sena 2014, il-kumpanija Magro Brothers ser toħroġ fis-suq varjetà ġdida ta’ prodotti.

Il-Ministru min-naħa tiegħu rringrazzja u faħħar lill-Magro Brothers għall-ħidma u l-impenn tagħhom favur l-Għawdxin u l-Maltin kif ukoll b’risq il-kommunità internazzjonali.  Huwa awguralhom kull suċċess u filwaqt li wegħdhom l-assistenza u s-sapport massimu tiegħu, ħeġġeġ sabiex aktar Għawdxin jimxu fuq l-eżempju ta’ dawn l-aħwa li matul is-snin irnexxielhom ikabbru l-ekonomija ta’ art twelidhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow