Left arrow Mur Lura

IMĦABBAR IL-BORD TA’ KOORDINAZZJONI GĦALL-PROĠETTI KULTURALI

pr1072
Date Icon 23/05/2013

Dan il-Gvern hu impenjat bis-sħiħ li jagħti l-importanza kollha meħtieġa lill-kultura tal-pajjiż u lil dawk kollha li jiffurmaw dan il-patrimonju imprezzabbli. L-involviment dirett ta’ esponenti mill-qasam hu essenzjali sabiex il-Gvern mhux biss jagħraf il-ħtiġijiet iżda wkoll ikun f’sitwazzjoni prattika sabiex jimplimenta.

Għal dan il-għan wieħed mill-akbar impenji tal-Gvern fil-qasam tal-kultura huwa li jżid il-kapital kulturali tal-pajjiż u jiggwida dan it-tkabbir fl-ekonomija u s-soċjetà Maltija.  F’dan id-dawl, qed jiġi mwaqqaf il-Bord ta’ Koordinazzjoni għall-Proġetti Kulturali sabiex jevalwa s-sitwazzjoni kulturali preżenti, sabiex irawwem u jiffaċilita koordinazzjoni bejn l-entitajiet li jaħdmu fis-settur u sabiex iservi ta’ inkubatur għal inizjattivi kulturali ġodda maġġuri u proġetti kapitali.

Dan il-Bord se jaħdem sabiex il-potenzjal tal-kultura bħala katalist ta’ ristrutturar ekonomiku u soċjali jkun utilizzat b’mod sħiħ.  F’dan ir-rigward, il-Bord se jagħti pariri u jagħmel proposti lill-Ministru fuq kull aspett relatat ma’ din l-industrija, filwaqt li jsaħħaħ kollaborazzjoni eżistenti u jistabilixxi kooperazzjoni ġdida ma’ partijiet interessati kemm lokali kif ukoll internazzjonali. Il-Bord flimkien mal-entitajiet konċernati se joħloq ukoll u jmexxi roadmap kulturali li tkun tinkludi tragwardi strateġiċi għall-pajjiż f’dan il-qasam. Ir-roadmap se tintegra diversi inizjattivi kulturali filwaqt li tindirizza nuqqasijiet fix-xena kulturali sabiex tinkiseb valorizzazzjoni aqwa tal-assi kulturali ta’ Malta bħala sors ta’ identità u tkabbir ekonomiku.

Permezz tal-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ inizjattivi kulturali ta’ kwalità, il-Bord sejjer ukoll iħabrek sabiex il-kultura lokali tiġi żviluppata f’magna ekonomika b’saħħitha li tinkoraġġixxi l-kompetittività u l-investiment.

Dan il-Bord se jkun presedut kif ġej:

Chairperson:    Is-Sja Phyllis Muscat

Membri:           Joseph Calleja (Tenur)

                       Ruth Bianco,

                       Brian Schembri,

                       Giorgina Portelli.

Dawn il-ħatriet u l-Bord innifsu jtennu l-impenn tal-Gvern li jpoġġi l-artisti fiċ-ċentru tad-deċiżjonijiet primarji marbuta mal-Kultura.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow