IS-SETTUR TAL-KOPERATTIVI SE JKUN IMSAĦĦAĦ – IL-MINISTRU CHRIS CARDONA
Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, Dr. Chris Cardona, ħabbar li se jigi msaħħaħ is-settur tal-koperattivi f’pajjizna. Huwa qal dan waqt laqgħa li kellu ma’ uffiċjali tal-UHM.
L-Ministru Cardona tenna li dan il-Gvern huwa impenjat bis-serjetà biex joħloq x-xogħol u xogħol li jagħti dinjità lill-ħaddiem. Huwa aċċerta lill-uffiċjali tal-UHM se jkunu parti importanti mid-deċizjonijiet li jridu jittieħdu fil-futur. Dan se jsir billi fost oħrajn flimkien mal-Unions jitħejja Charter tad-Drittijiet tal-Ħaddiema.
Minn naħa tiegħu s-Segretarju Ġenerali tal-UHM, Josef Vella, tkellem fost l-oħrajn dwar il-proposti tal-Union dwar il-koperattivi u Jobs+. Huwa kompla billi qal li din kienet l-ewwel laqgħa minn sensiela ta’ laqgħat bejn il-UHM u l-Ministru Cardona biex jaraw kif l-aħjar li jimxu l-quddiem fuq numru ta’ punti li ġew diskussi aktar tard. Iż-żewġ naħat qablu li fost oħrajn għandha tigi emendata l-liġi li tirregola l-koperattivi biex tirrifletti ż-żminijiet tal-lum.
L-Ministru Cardona qal li l-UHM se tkun qed issib kull għajnuna u koperazzjoni minn naħa tal-Gvern.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en