Left arrow Mur Lura

L-ONOR. MICHAEL FARRUGIA, SEGRETARJU PARLAMENTARI GHALL-IPPJANAR U S-SIMPLIFIKAZZJONI AMMINISTRATTIVA, INIEDI L-HEIGHT ADJUSMENT POLICY

pr1068
Date Icon 23/05/2013

Lukandi li jinsabu f’żoni turistiċi se jkunu jistgħu jgħollu b’żewġ sulari minn dak stabbilit fil-Pjan Lokali. Dan bil-għan li jiġu akkomodati iktar turisti f’żoni diġà eżistenti għat-turiżmu.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet il-Ħamis filgħodu qrib lukanda ewlenija fil-Qawra, is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva Dr Michael Farrugia nieda policy ġdida bl-isem ta’ Height Adjusment Policy, intiża għal dawk il-Lukandi li jinsabu f’żoni Turistiċi u li jixtiequ jespandu u li sal-lum ma jistgħux skont il-policies preżenti.

Il-Height Adjustment Policy taċċenna illi fil-każ ta’ lukandi fejn fis-sit tħallew open areas, sabiex jiġu akkomodati attrezzi bħal open areas, ġonna  u swimming pools, il-volum li jista’ jiġi akkomodat skont il-Pjan Lokali f’dik l-open area ikun jista’ jiġi akkomodat fl-istess sit anke jekk dan ikun ifisser li jiżdiedu sulari addizzjonali minn dawk stabbiliti fil-pjan lokali.

Skont din il-policy, l-ammont ta’ sulari addizzjonali li l-MEPA se tkun qed tikkonċedi ma jistax ikun iktar minn żewġ sulari minn dak li hu diġa stabbilit fil-Pjan Lokali. Fl-istess ħin, bdejna diversi studji li jolqtu ħafna lis-settur tal-kostruzzjoni u li għalihom inħossu li għandhom jiġu riveduti jew introdotti policies oħrajn, fosthom ukoll fis-settur turistiku.

Importanti jiġi enfasizzat li din il-policy tistipula ‘further tourist accomodation’ f’żoni diġà eżistenti skont dak provdut fil-Pjan ta’ Struttura, peress li dan ta’ l-aħħar jippromwovi  estensjonijiet u upgrading ta’ lukandi li diġà jeżistu.

L-Onorevoli Farrugia qal illi din il-policy se tkun limitata għal-lokalitajiet li jissemmew espressament fil-policy TOU 4 tal-Pjan Strutturali. Dawn huma l-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Buġibba, San Ġiljan, Paceville, Ta’ Sliema, Marsascala, Marsaxlokk u Birżebbuġa.

Ma’ dawn iż-żoni jikkwalifikaw ukoll dawk iz-zoni li jaqgħu taħt it-Tourism and Entertainment Priority Area fil-pjan lokali.

Kull min japplika għal din l-estensjoni ma jridx ikun f’siti ta’ Urban Conservation Area, Residential Priority Area jew ODZ (outside development zone).

Dr Farrugia żied jgħid illi l-proposti jeħtieġ li jkunu approvati wkoll mill-Awrotità tat-Turiżmu, l-MTA. Kull żviluppatur illi japplika għal estensjoni fejn mhuwiex possibli li jiġi provdut parkeġġ, għandu jindika skemi alternattivi kif it-traffiku jista’ jkun immaniġjat. Dan isir b’konsultazzjoni ma’ Transport Malta.

Michael Farrugia qal illi dan kollu qed isir fid-dawl tar-realtajiet emerġenti, fejn is-suq turistiku huwa suġġett għal sfidi kbar u kompetizzjoni qawwija. Għaldaqstant, il-gvern iħoss il-ħtieġa li jiffaċilità u jissimplifika l-policies tal-ippjanar li jirregolaw dan is-settur, bil-għan li l-prodott turistiku jirrendi ruħu u jkun aktar vijabbli u kompettitiv. Dan qed isir bil-għan li l-ekonomija ta’ pajjiżna tikber aktar.

Waqt l-istess konferenza tal-aħbarijiet is-Segretarju Parlamentari Michael Farrugia qal ukoll illi il-kampanja ‘Semma Leħnek’ li kienet imnedija fil-bidu ta’ Mejju se tkun estiża għal ġimagħtejn oħra. Dan qed isir minħabba d-domanda sostanzjali li kien hemm minn għand il-pubbliku biex jgħaddi is-suġġerimenti tiegħu. B’hekk il-kampanja Semma’ Leħnek issa se tagħlaq fl-10 ta’ Ġunju 2013, fejn il-pubbliku jista’ jibgħat is-suġġerimenti tiegħu dwar il-MEPA fuq riformamepa.opm@gov.mt.

Il-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella qal li din l-inizjattiva se tħalli impatt pożittiv fuq is-settur turistiku fejn fost l-oħrajn għandha l-għan li żżid il-profitabilità fis-settur.

Semma’ kif preżentament pajjiżna għandu mat-38,000 sodda mifruxa fuq total ta’ 190 lukanda differenti fil-livelli kollha. Dan apparti numru sostanzjali ta’ sodod f’appartamenti self catering. Qal li huwa stmat li b’żieda ta’ żewġ sulari oħra, lukanda tista’ żżid in-numru ta’ sodod b’rata ta’ bejn 25 u 30%.

Din l-inizjattiva se tippermetti wkoll li jsir investiment mill-ġdid fil-lukandi billi jsir upgrading fin-numru ta’ sodod qal il-Ministru Vella.

Saħaq li biex lukanda tkun tista’ tikkwalifika minn din l-iskema se jkun hemm bżonn l-approvazzjoni tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu filwaqt li f’każ ta’ talba għal bidla fl-użu tas-sit, l-operatur se jkun obbligat li jneħħi s-sulari żejda li jkun ingħatawlu taħt din il-policy.

Waqt l-istess konferenza tal-aħbarijijet tħabbar kif hemm mat-tliet lukandi li diġà urew interess  filwaqt lil oħrajn qed jagħmlu l-evalwazzjoni tagħhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow