Left arrow Mur Lura

L-EWWEL LAQGĦA TAL-KUMITAT TA’ KOORDINAMENT FIL-QASAM INFRASTRUTTURALI

pr1066
Date Icon 23/05/2013

Wara li fil-ġranet li għaddew il-Kabinett approva d-deċiżjoni biex jitwaqqaf kumitat ta’ koordinament bejn diversi entitajiet bil-għan li tissaħħaħ il-kontabilità fil-qasam infrastrutturali, il-bieraħ saret l-ewwel laqgħa ta’ dan il-kumitat.

Skont id-deċiżjoni tal-Kabinett, il-Ministru responsabbli mit-Trasport u l-Infrastruttura huwa ċ-Ċermen ta’ dan il-Kumitat.

Fil-bidu ta’ din il-laqgħa, il-Ministru Joe Mizzi spjega r-rwol importanti ta’ dan il-kumitat approvat mill-Kabinett u qal li dan se jkollu responsabbiltajiet kbar. Permezz ta’ dan il-kumitat, għadd ta’ dipartimenti se jkunu qed jaħdmu flimkien biex jippjanaw sew ix-xogħol li għandu jsir qabel kull proġett inrfrastrutturali. Dan l-ippjanar għandu jiżgura li x-xogħol kollu jsir kif suppost mill-ewwel u jiġu kkonsultati l-Kunsilli Lokali konċernati fix-xogħol li jkun se jsir.

Għal din il-laqgħa attendew għadd ta’ entitajiet differneti bħal rappreżentanti minn Trasnport Malta, mill-kumpanija Arriva, mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC), mill-Enemalta, mill-Go u mill-Melita plc., membri tal-Korp tal-Pulizija, periti ta’ għadd ta’ proġetti u rappreżentanti minn Kunsilli Lokali, fost oħrajn.

L-ewwel laqgħa ta’ dan il-kumitat issejħet b’urġenza wara li rriżulta li hemm għadd ta’ problemi fil-proġett tal-Baċir Numru Wieħed f’Bormla. Meta l-proġett kien suppost miexi kif suppost, irriżulta li se jkollu jerġa’ jsir xogħol fit-toroq minħabba li qabel ma sarx sew mill-ewwel.

Il-Ministru qal li dan mhux aċċettabbli u kien għalhekk li saret din il-laqgħa, biex jitfassal pjan tax-xogħol li jrid isir, biex jiġi żgurat li x-xogħol jibda kemm jista’ jkun malajr bl-inqas inkonvenjent possibbli għar-residenti u biex jiġi żgurat li x-xogħol jitlesta kemm jista’ jkun malajr. Il-Ministru qal illi kieku x-xogħol sar sew mill-ewwel, ma konniex nidħlu fi spejjeż bla bżonn u noħolqu iżjed inkonvenjenza għan-nies.

Il-Ministru qal li dan huwa proġett li kien ilu diversi snin imwiegħed. Hekk kif fl-aħħar ġimgħat kienet qiegħda ssir ħidma kbira biex jitħaffef kemm jista’ jkun ix-xogħol, irriżultat din il-problema ma’ wiċċna, iżda b’determinazzjoni mingħand kulħadd, il-proġett għandu jitlesta kemm jista’ jkun malajr.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow