IMĦABBRA L-KUMMISSJONI DWAR IL-VJOLENZA DOMESTIKA
Fis-sigħat li għaddew, il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali ħatar il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Domestika komposta minn ħdax-il persuna.
Dawn huma Dr Yana Micallef Stafrace fil-kariga ta’ Chairperson, Ms Rene Laiviera bħala Deputat Chairperson, Ms Doris Vassallo fil-kariga ta’ Segretarja u l-membri Dr Oriella Fabri, Ms Marouska Bonnici, Dr Rita Borg Xuereb, Dr Josef Masini Vento, Dr Charles Cassar, Ms Charlene Barbara, l-Ispettur Louise Calleja u Dr Roberta Lepre.
L-Onorevoli Marie-Louise Coleiro Preca saħqet li din il-Kummissjoni se tkun qed tikkonsulta mal-istakeholders kollha li jaħdmu f’dan is-settur filwaqt li tindirizza l-vjolenza domestika mill-aspett preventiv u anke dak edukattiv.
Sostniet li għalkemm huwa tajjeb li l-vittmi jiġu offruti ambjent stabbli u sikur, jeħtieġ li fuq kollox ngħinuhom jerġgħu jintegraw fis-soċjetà biex b’hekk jerġgħu jibdew jgħixu ħajja dinjituża.
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en