Left arrow Go Back

FETĦU L-MALTA SPORTS SCHOLARSHIPS 2013

pr1062
Date Icon 22/05/2013

Is-Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol illum ħabbar li fetħet l-iskema tal-Malta Sports Scholarships għal din is-sena. Din l-iskema hija maħsuba għal dawk li jixtiequ jispeċjalizzaw fit-taħriġ ta’ xi dixxiplina sportiva jew inkella akkademikament f’suġġett relatat mal-qasam tal-isport.

L-iskop ta’ din l-iskema ta’ boroż ta’ studju huwa li aktar individwi jitħajru jidħlu għal professjonijiet relatati mal-isport jew għal dixxiplini sportivi speċifiċi. B’hekk, ikompli jogħla l-livell f’kull dixxiplina sportiva u jiżdied l-għadd ta’ nies professjonali li jissapportjaw lill-atleti.

Meta kien qed nindirizza konferenza tal-aħbarijiet li matulha tħabbar il-ftuħ tal-iskema, is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, Stefan Buontempo, qal li kull min se jibbenefika minn dawn il-boroż ta’ studju se jkun qed jagħmel investiment fit-tul għalih innifsu u għal pajjiżna. Huwa qal li l-Gvern jemmen bis-sħiħ li lill-atleti lokali għandhom jingħatawlhom aktar opportunitajiet bħal dawn.

Kulħadd jista’ japplika għal dawn il-boroż ta’ studju, inkluż dawk ta’ età żgħira.  Fil-każ ta’ tfal fl-età tal-edukazzjoni obbligatorja, dawn iridu jagħmlu arranġamenti separati biex jibqgħu jmorru l-iskola fil-pajjiż fejn ikunu se jmorru jistudjaw jew jitħarrġu.

Preżenti għall-konferenza, li saret fir-Royal Malta Golf Club il-Marsa, kien hemm ukoll, fost l-oħrajn, id-Direttur tad-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja, Mario Azzopardi, u ċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport, Jonathan Barbara.

Id-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet hi nhar il-Ġimgħa, 21 ta’ Ġunju, 2013. Ir-regolamenti, il-formola tal-applikazzjoni, kif ukoll il-formola tal-ittra ta’ referenza jinstabu fuq is-siti elettroniċi www.myscholarship.gov.mt u www.sportmalta.org.mt.  F’każ ta’ diffikultà, wieħed jista’ jibgħat email fuq sportsscholarships.mede@gov.mt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow