IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KOMPETITTIVITA` U TKABBIR EKONOMIKU JAĦTAR IL-BORD TAL - MALTA FREEPORT CORPORATION
L-Onor. Edward Żammit Lewis, Segretarju Parlamentari għall-Kompetittivita` u Tkabbir Ekonomiku qed iħabbar il-Bord tad-Diretturi il-ġdid tal-Malta Freeport Corporation. Inħatar il-Perit Robert Sarsero bħala Chairperson filwaqt li s-Sur Mario Grima u s-Sur Ronnie Pellegrini bħala Diretturi fuq il-Bord.
Is-Sur Sarsero għandu esperjenza vasta fl-ippjanar u l-management ta progetti kbar li kienu jinvolvu l-Gvern, kif ukoll is-settur privat. Fil-passat il-Perit Robert Sarsero kien fdat ukoll bl-ippjanar u l-iżvilupp ta’ Yacht Marina fil-Kottonera
L-Onor Edward Żammit Lewis feraħ liċ-Chairman u l-Membri tal-Bord għall-ħatra ġdida tagħhom. Il-Bord tad-Diretturi l-Gdid għandu jagħti d-direzzjoni strateġika lil din il-Koporazzjoni, dejjem konformi mal-għanijiet tal-aministrazzjoni l-ġdida li pajjiżna jsir ‘Hub Marittimu’ fil-Mediterran.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en