“IT-TKABBIR EKONOMIKU U AMBJENT B’SAĦĦTU JISTGĦU JMORRU FLIMKIEN” – IL-MINISTRU LEO BRINCAT
Il-bieraħ fil-Parlament il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat qal li t-tkabbir ekonomiku u ambjent b’saħħtu jistgħu jmorru flimkien. Huwa wera t-tama li f’pajjiżna dan iseħħ fil-ġejjieni qrib.
Huwa qal dan meta lbieraħ fil-Parlament kompliet id-diskussjoni b’risposta għad-diskors tal-President ta’ Malta.
Il-Ministru Leo Brincat qal li dan il-Gvern sa mill-bidu qed juri impenn, ħeġġa u determinazzjoni li jservi lill-pajjiż. Fl-istesswaqt hemm impenn li l-Gvern jikkonsulta mal-istakeholders kollha, inkluż iċ-ċittadini.
Dan, qal Leo Brincat, huwa Gvern li jisma’, li jaħdem u li jwettaq.
Kompla billi qal li l-mira ewlenija ta’ dan il-Gvern huwa li jkabbar l-ekonomija ta’ pajjiżna, fl-istess waqt li jsaħħaħ l-ambjent tagħna u b’dan il-mod titjieb il-kwalità tal-ħajja li qed jgħixu ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.
Il-Ministru Leo Brincat qal li l-Gvern qed jaħdem fuq strateġija ċara bbażata fuq l-aħjar prattiċi Ewropej, biex jitfassal pjan nazzjonali għall-ħolqien tal-green jobs u oltre minn hekk biex ikollna ekonomija ħadra.
Qal li fil-qasam tat-tibdil fil-klima l-Gvern irid isaħħaħ l-iżvilupp akkademiku u professjonali biex nassiguraw li pajjiżna jkollu l-ħiliet meħtieġa. Dan fl-istess waqt li l-Gvern huwa impenjat li jdaħħal kunċett ġdid fil-pajjiż, dak tal-kumpens ambjentali, bħala parti mit-twemmin f’ġustizzja ambjentali.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en