Left arrow Go Back

“IT-TKABBIR EKONOMIKU U AMBJENT B’SAĦĦTU JISTGĦU JMORRU FLIMKIEN” – IL-MINISTRU LEO BRINCAT

pr1055
Date Icon 22/05/2013

Il-bieraħ fil-Parlament il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat qal li t-tkabbir ekonomiku u ambjent b’saħħtu jistgħu jmorru flimkien. Huwa  wera t-tama li f’pajjiżna dan iseħħ fil-ġejjieni qrib.

Huwa qal dan meta lbieraħ fil-Parlament kompliet id-diskussjoni b’risposta għad-diskors tal-President ta’ Malta.

Il-Ministru Leo Brincat qal li dan il-Gvern sa mill-bidu qed juri impenn, ħeġġa u determinazzjoni li jservi lill-pajjiż. Fl-istesswaqt hemm impenn li l-Gvern jikkonsulta mal-istakeholders kollha, inkluż iċ-ċittadini.

Dan, qal Leo Brincat, huwa Gvern li jisma’, li jaħdem u li jwettaq.

Kompla billi qal li l-mira ewlenija ta’ dan il-Gvern huwa li jkabbar l-ekonomija ta’ pajjiżna, fl-istess waqt li jsaħħaħ l-ambjent tagħna u b’dan il-mod titjieb il-kwalità tal-ħajja li qed jgħixu ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.

Il-Ministru Leo Brincat qal li l-Gvern qed jaħdem fuq strateġija ċara bbażata fuq l-aħjar prattiċi Ewropej, biex jitfassal pjan nazzjonali għall-ħolqien tal-green jobs u oltre minn hekk biex ikollna ekonomija ħadra.

Qal li fil-qasam tat-tibdil fil-klima l-Gvern irid isaħħaħ l-iżvilupp akkademiku u professjonali biex nassiguraw li pajjiżna jkollu l-ħiliet meħtieġa. Dan fl-istess waqt li l-Gvern huwa impenjat li jdaħħal kunċett ġdid fil-pajjiż, dak tal-kumpens ambjentali, bħala parti mit-twemmin f’ġustizzja ambjentali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow