IL-MALTIN FUQ L-GĦOLJA TA' ATOĊJA - FI ŻMIEN IL-FRANĊIŻI
Il-Maltin fuq l-Għolja ta' Atoċja - Fi Żmien il-Franċiżi - hija attività organizzata mill-Kunsill Lokali il-Ħamrun bl-għajnuna tal-Ministeru għat-Turiżmu u tas-Segretarju Parlementari għall-Kultura u Gvern Lokali. L-attività ser issir nhar is-Sibt 25 ta’ Mejju mis-7.30pm ‘il quddiem.
Id-dettalji ta’ din l-attività ingħataw mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali José Herrera. Preżenti għal din il-Konferenza tal-aħbarijiet kien hemm ukoll is-Sindku tal-Ħamrun.
Is-Sindku tal-Ħamrun Vince Bonello qal li din l-attività toffri spettaklu ħaj b’differenza fil-lokal tal-Ħamrun. Waqt li se nfakkru ġrajja importanti li seħħet fil-Ħamrun fi żmien il-Franċiżi f’Malta se nuru wkoll iż-żewġ kulturi u tradizzjonijiet tagħhom imżewqin flimkien waqt din l-attività.
Is-Segretarju Parlamentari faħħar din l-inizjattiva u awgura li aktar kunsilli lokali jkomplu jieħdu aktar inizjattivi simili.
L-attività ser issir fit-toroq ta’ madwar il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun u Triq Atoċja fejn seħħet din il-parti tal-istorja. Imma ll-qofol tal-attività ser ikun meta l-korla Maltija qamet għall-ħakma Franċiża. Din tkun imferrxa mat-toroq tal-madwar.
Għal din l-attività l-Kunsilli Lokali tal-Ħamrun ħaseb li jorganizza l-għana tradizzjonali Malti, esebizzjoni ta’ dak kollu li jafu jagħmlu l-għaqdiet kollha tal-Ħamrun, żjajjar fil-kappelli l-qodma, ikel tradizzjonali Malti u mejda bl-ikel Franċiż, artiġġjanat Malti u logħob għat-tfal
Other Press Releases:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en