L-ONOR. ANTON REFALO U L-ONOR. EDWARD ŻAMMIT LEWIS - “GHAWDEX SE JKOLLU RWOL IMPORTANTI FL-ISTRATEĠIJA MARITTIMA TA’ PAJJIŻNA”
Iktar kmieni illum il-Ministru għall-Għawdex l-Onor Anton Refalo u s-Segretarju Parlamentari għall-Kompettivita u Tkabbir Ekonomiku l-Onor Edward Żammit Lewis żaru l-Muzew Marittimu ta’ Kelinu Grima fin-Nadur, Għawdex. Din il-visita saret fil-kuntest tal-Jum Marittimu Ewropew fejn numru ta’ attivitajiet qegħdin jittellgħu madwar Malta u Għawdex. Din l-attivita` hija organizzata mill-Kunsill Lokali u l-Paroċċa tan-Nadur. Il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari kellhom l-opporunita` li japprezzaw il-kultura u t-tradizzjoni marittima ta’ pajjiżna minn lenti Għawdxija, b’mod partikulari permezz tax-xogħol artistiku u ta’ storja li rnexxielu jaqqgħad dan il-mużew.
Refalo u Żammit Lewis saħqu kif Għawdex se jkollu rwol importanti fl-istrateġija marittima ta’ pajjiżna. L-Onor Anton Refalo saħaq li l-Gvern se jkun qed jaħdem biex joħoloq xogħol ġdid għall-Għawdex kemm fis-setturi tradizzjonali tal-gżira kif ukoll f-industriji u setturi li mhumiex daqshekk tradizzjonali.
Din kienet l-ewwel visita uffiċjali f’Għawdex mill-Onor Żammit Lewis, din il-visita kienet messaġġ li l-Gvern il-ġdid se jkun qed jaħdem sabiex ikun hemm tkabbir ekonomiku blu f’Għawdex ukoll.
L-Onor Żammit Lewis ħa l-opportunita biex ifakkar li presentament is-Segratarjat tieghu qed jaħdem flimkien mal-LGA (Lotteries and Gaming Authority) sabiex toħrog l-Expression of Interest għall-Casino f’Għawdex. Din l-inizjattiva beħsieba toħloq ix-xogħol kif ukoll tressaq turisiti lokali u internzzjonali lejn il-Gżira.
Stqarrijiet Oħra:
PR262028
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...
PR262027en