Left arrow Go Back

L-ONOR. ANTON REFALO U L-ONOR. EDWARD ŻAMMIT LEWIS - “GHAWDEX SE JKOLLU RWOL IMPORTANTI FL-ISTRATEĠIJA MARITTIMA TA’ PAJJIŻNA”

pr1037
Date Icon 20/05/2013

Iktar kmieni illum il-Ministru għall-Għawdex l-Onor Anton Refalo u s-Segretarju Parlamentari għall-Kompettivita u Tkabbir Ekonomiku  l-Onor Edward Żammit Lewis żaru l-Muzew Marittimu ta’ Kelinu Grima fin-Nadur, Għawdex.  Din il-visita saret fil-kuntest tal-Jum Marittimu Ewropew fejn numru ta’ attivitajiet qegħdin jittellgħu madwar Malta u Għawdex.  Din l-attivita` hija organizzata mill-Kunsill Lokali u l-Paroċċa tan-Nadur.  Il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari kellhom l-opporunita` li japprezzaw il-kultura u t-tradizzjoni marittima ta’ pajjiżna minn lenti Għawdxija, b’mod partikulari permezz tax-xogħol artistiku u ta’ storja li rnexxielu jaqqgħad dan il-mużew. 

Refalo u Żammit Lewis saħqu kif Għawdex se jkollu rwol importanti fl-istrateġija marittima ta’ pajjiżna.  L-Onor Anton Refalo saħaq li l-Gvern se jkun qed jaħdem biex joħoloq xogħol ġdid għall-Għawdex kemm fis-setturi tradizzjonali tal-gżira kif ukoll f-industriji u setturi li mhumiex daqshekk tradizzjonali. 

Din kienet l-ewwel visita uffiċjali f’Għawdex mill-Onor Żammit Lewis, din il-visita kienet messaġġ li l-Gvern il-ġdid se jkun qed jaħdem sabiex ikun hemm tkabbir ekonomiku blu f’Għawdex ukoll. 

L-Onor Żammit Lewis ħa l-opportunita biex ifakkar li presentament is-Segratarjat tieghu qed jaħdem flimkien mal-LGA (Lotteries and Gaming Authority) sabiex toħrog l-Expression of Interest għall-Casino f’Għawdex.  Din l-inizjattiva beħsieba toħloq ix-xogħol  kif ukoll tressaq turisiti lokali u internzzjonali lejn il-Gżira. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow