Left arrow Go Back

TINFETAĦ DAR TAL-ANZJANI F’GĦAWDEX

PR1034
Date Icon 20/05/2013

Il-Ministeru għal Għawdex u d-Djoċesi t’Għawdex huma t-tnejn konxji mill-bżonn ta’ djar li jipprovdu post fejn l-anzjani ikollhom fejn jgħixu l-ħajja li tixirqilhom b’mod indipendenti f’ambjent mill-isbaħ filwaqt li jingħatawlhom servizzi varji ta’ kwalita’ biex ikunu jistgħu jgħixu ħajja komda u ta’ kwalita.

Il-Ministeru u d-Djoċesi t’Għawdex jħossu li hemm lok għal koperazzjoni bejniethom bil-għan li jissodisfaw dan il-bżonn socjali fl-interess tal-anzjani Għawdxin.

Għal dan il-għan, iż-żewġ istituzzjonijiet waslu għal ftehim li permezz tiegħu il-Kurja Veskovili t’ Ghawdex qed tipprovdi l-użu tad-dar ta’ San Ġużepp f’Għajnsielem b’kera stmata anqas mill-valur tagħha fis-suq filwaqt li l-Ministeru ghal Ghawdex  jieħu f’idejh l-aministrazzjoni  tagħha bħala dar għall-anzjani.

Iż-żewġ partijiet qablu ukoll li d-Djoċesi t’Għawdex għandha tipprovdi s-servizzi reliġjużi kollha li jkunu meħtieġa, mixtieqa jew mitlub mill-anzjani li jkunu residenti f’din il-dar. Dawn is-servizzi jinkludu, fost oħrajn, iċ-ċelebrazzjoni ta’ żewġ quddisiet kuljum, waħda filgħodu u l-oħra wara nofs inhar, eżercizzji pastorali skont iż-żmien tas-sena kif ukoll ċelebrazzjonijiet u funzjonijiet fi ġranet festivi. Għal dan il-għan ikun hemm saċerdot preżenti għaxar sigħat kuljum is-sena kollha.

Minn naħa tiegħu l-Ministeru għal Għawdex qed jippjana li jirristruttura, isebbaħ u jkabbar il-bini tad-dar biex joħloq ambjent li jilqgħek u li jkun aktar komdu u aċċessibbli. Irid li joħloq faċilitajiet u opportunitjiet ta’ rikreazzjoni għall-anzjani.

Id-dar se jkun fiha mas-70 kamra u 140 sodda kollha spazzjużi b’veduti mill-isbaħ ta’ Forti Chambrai, ix-Xatt l-Aħmar, Kemmuna, il-Fliegu Għawdxi, il-gżira ta’Malta u l-kampanja Għawdxija.

Id-dar tista’ sservi wkoll biex tilqa’ anzjani barranin ta’ kwalita’ li jistgħu jibdew jonqxu niċċa turistika ġdida għal Għawdex. Fil-fatt ġa saru diskussjonijiet preliminari ma’ interessi barranin f’dan ir-rigward.

Il-ftehim bejn il-Ministeru għal Għawdex u d-Djoċesi t’Għawdex ġie ffirmat mis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru u s-Segretarju Amministrattiv tal-Kurja Veskovili t’ Għawdex  fil-preżenza tal-Ministru l-Onor. Anton Refalo  u tal-Mons Isqof Mario Grech li t-tnejn esprimew is-sodisfazzjon kbir tagħhom li rnexxielhom jaslu għal dan il-ftehim u sostnew li se jkomplu jikkoperaw flimkien f’inizjattivi għall-ġid tas-soċjeta’ Għawdxija.

B’dan il-pass li ser iwassal għal-ftuh ta’ dar ta’ l-anzjani f’Għawdex Il- Ministeru għal Għawdex qiegħed bil-fatti jibda jimplimenta żewġ  wegħdiet elettorali tiegħu imniżżla fil- manifest elettorali  b’ risq il- gżira Għawdxija u l-Għawdxin dik li tinħoloq dar ta’ l-anzjani f’ Għawdex kif ukoll dik li jinħoloq xogħol f’ Għawdex għal Għawdxin. Hija turija ukoll li matul l-ewwel ħamsin jum ta’ amministrazzjoni ġdida f’ Għawdex kien hemm gvern li jaħdem u li iwettaq il- manifest elettorali tiegħu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow