Left arrow Mur Lura

L-UNJONI GĦALL-MEDITERRAN (UNION FOR THE MEDITERRANEAN) TAĦTAR MALTI BĦALA MIBGĦUT SPEĊJALI (SPECIAL ENVOY) TAS-SEGRETARJU ĠENERALI

pr1033
Date Icon 20/05/2013

Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin innomina lill-Ambaxxatur George Saliba bħala l-Mibgħut Speċjali tas-Segretarjat Ġenerali tal-Unjoni għall-Mediterran. Din il-kariga prestiġjuża hija waħda unika fis-Segretarjat li jinsab f’Barcellona. L-Unjoni għall-Mediterran tlaqqa’ 43 pajjiż mir-reġjun u hija meqjusa bħala struttura reġjonali prinċipali għad-djalogu bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi ġirien tagħha fil-Mediterran.

In-nomina saret mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin George Vella wara diskussjonijiet li saru mas-Segretarju Generali tal-Unjoni għall-Mediterran, Fathalla Sijilmassi. L-Ambaxxatur Saliba għandu esperjenza wiesgħa fil-qasam tad-diplomazija u serva bħala Ambaxxatur ta’ Malta f’numru ta’ pajjiżi fosthom fil-Golf Għarbi, il-Libja, ir-Russja u l-Istati Uniti.

Din il-kariga prestiġjuża mistennija tkompli tagħti lil Malta iktar viżibbiltà fil-Mediterran u tkompli ssaħħaħ ir-rwol siewi u kostruttiv tagħha fil-politika Ewro-Mediterranja.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow