Left arrow Go Back

DISKORS MIL-ONOR. DR. JOSE’ A. HERRERA, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KULTURA U GVERN LOKALI, FL-OKKAŻJONI TAL-JUM MARITTIMU EWROPEW

pr1026
Date Icon 19/05/2013

Heritage Malta qiegħda tiftaħ il-bibien tagħha llum ġewwa l-Mużew Marittimu sabiex tiċċelebra flimkien ma’ entitiajiet oħra l-Jum Marittimu Ewropew. Ftit tal-ħin ilu, ġewwa l-Belt Kapitali tagħna, ġew varati sensiela ta’ attivitajiet li ser jiġu organizzati matul dawn il-jumejn li ġejjin u li eventwalment iwassluna għall-konferenza internazzjonali  mill-aktar presitġjuża li din is-sena se ssir ġewwa pajjiżna. Tajjeb illi nfakkru illi din il-konferenza qiegħda tittella’ mill-Gvern ta’ Malta kif ukoll mill-Kummisjoni Ewropea.

Inizzjattivi bħal dawn huma importanti għaliex filwaqt li l-kuntest ta’ din il-konferenza huwa l-iżvilupp tal-kosta u turiżmu marittimu sostenibbli, dan nistgħu nixduh permezz tal-firxa ta’ attivitajiet li qegħdin jiġu organizzati. Il-Mużew Marittimu fih innifsu mhux biss huwa attrazzjoni li permezz tiegħu jiġbed numru ta’ turisti fis-sena iżda huwa wkoll evidenza tal-wirt kulturali marittima ta’ pajjiżna. Tista’ tgħid li mill-Preistorja sa llum il-ġurnata, l-istorja ta’ Malta dejjem kienet dipendenti fuq il-Ħajja konnessa mal-baħar. Heritage Malta, matul dawn l-aħħar snin investiet bil-kbir sabiex tiżviluppa mużewijiet bħal dan sabiex tkun xiehda importanti ta’ din l-istorja rikka.  Ghalhekk saru investimenti u qed isiru proġetti sabiex ikomplu jtejbu kemm l-interpretazzjoni kif ukoll tikber il-footprint ta’ dan is-sit. Attivitajiet bħal tal-lum ifakkruna li l-interpretazzjoni ta’ dan il-wirt ma jieqafx biss ma l-esebiti iżda huwa importanti li permezz tal-element kreattiv isiru modi differenti ta’ interpretazzjoni li tgħaqqad l-element edukattiv ma’ dak ta’ divertiment. Li tiekol ikel imsajjar fuq riċetti ta’ żmien il-Kavallieri nistgħu nesperjenzaw l-istorja minn aspett kompletament differenti. Attivitajiet bħal dawn iservu ukoll sabiex il-pubbliku inġenerali jista’ japprezza proġetti li normalment ma jkunux fil-mira tal-media u li f’okkażjonijiet bħal dawn jista’ joħroġ fid-deher ix-xogħol siewi li qiegħed isir.

Fl-aħħarnett, ta’ min ifakkar ukoll li din hija okkażjoni oħra li l-Gvern qiegħed iżomm il-wegħda li għamel mal-poplu li kemm jista’ jkun jiftaħ l-aċċess b’xejn għal kulħadd. L-aħħar okkażjoni ta’ dan it-tip li saret din fuq skala nazzjonali kien hemm rispons qawwi mill-pubbliku fejn aktar minn ħamsa u tletin elf persuna żaru dawn is-siti u l-mużewijiet.

Min-naħa tagħna nieħdu din l-okkażjoni biex inkomplu nħeġġu lill-kulħadd li jilqgħu dawn l-opportunitajiet sabiex isiru jafu aktar dwar il-wirt li għandna madwarna – wirt li jtina l-opportunità li nifhmu l-ġrajjiet ta’ niesna u li fl-aħħar mill-aħħar jagħmilna ġens rikk.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow